“Alfred Camilleri m'għandux bżonn avukat jaqbeż għalih”… isostni dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna

  • Lul 21, 2018 20:42
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna iddefenda lis-Segretarju Permanenti fil-ministeru tiegħu, Alfred Camilleri, mill-attakki li saru fuq riċentament l-aktar mill-blogger Manuel Delia.

    Mitlub jagħti r-reazjoni tiegħu għall-kritika li saret fuq Camilleri, Scicluna wieġeb li “ma naħsibx li uffiċjal għoli tal-kalibru tas-Sur Camilleri, magħruf għal xogħlu minn kulħadd, għandu bżonn xi avukat biex jaqbeż għalih”.

    F'wieħed mill-artikl tiegħu, Delia qal li Camilleri kien wieħed mill-ftit uffiċjali taħt Gvern Nazzjonalista li baqa' f'postu wara li tela l-Gvern Laburista.

    Fuq il-blog tiegħu, Delia tella artiklu intitolat “The muted mandarin”, fejn jgħid li meta l-Partit Laburista tela fil-Gvern neħħa diversi uffiċjali u fost il-ftit li salvaw kien hemm Camilleri.

    Huwa sostna li waqt li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien iżomm ir-riedni fuq in-nefqa u anke żamm milli jiżdiedu l-impjiegi fis-settur pubbliku, mhux l-istess aġixxa taħt l-amministrazzjoni attwali.

    Delia staqsa x'wassal biex issa Camilleri ma baqax jaġixxi bħal qabel u iddeskriva bħala “misteru” r-relazzjoni tiegħu mal-Gvern Laburista.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook