3% biss m’għandhomx telefon ċellulari… aktar minn 90% huma sodisfatti bis-servizz tal-mowbajl

  • Lul 21, 2018 19:32
  • Miktub minn iNews

    L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni ppubblikat ir-riz?ultati ta’ stħarrig li għamlet dwar is-servizzi tat-telefonija bil-mowbajl fost konsumaturi residenzjali. F’dan l-istħarrig?, il-partec?ipanti ntalbu jagħtu informazzjoni fuq kemm huma sodisfatti bis-servizz offrut mill-operaturi lokali; fuq x’jaħsbu dwar il-prezzijiet mitluba; jekk hux qegħdin jippjanaw jew dig?a’ biddlux l-operatur ewlieni tas-servizz mogħti lilhom; kif ukoll fuq il-kwalità tas-servizz offrut meta rrapportaw ħsara fis-servizz.

    L-istħarrig? jitfa’ dawl ukoll fuq l-uz?u ta’ servizzi tat-tip OTT fuq il-mowbajl. L-istħarrig? sar minn EMCS f’isem l-Awtorità, permezz ta’ intervisti bit-telefown lil diversi familji magħz?ula b’mod kaz?wali f’kampjun rapprez?entattiv. F’dan l-istħarrig? ippartec?ipaw b’kollox 963 familja. 

    3% biss tal-partec?ipanti fl-istħarrig? wieg?bu li m’għandhomx abbonament għal servizz tal- mowbajl, bil-mag?g?oranza ta’ dawn il-partec?ipanti għandhom 65 sena jew aktar. Meta dawn il- partec?ipanti g?ew mistoqsija għaliex m’għandhomx servizz tal-mowbajl, il-mag?g?oranza wieg?bu li ma ħassewx il-ħtieg?a li jkollhom dan is-servizz jew li l-uz?u tal-mowbajl huwa wisq ikkumplikat. 

    G?iet innotata z?ieda ta’ 13-il punt perc?entwali għal total ta’ 35% fl-abbonati fuq ‘post-paid’, meta mqabbel ma’ dak li ħareg? minn stħarrig? simili li sar fl-2015. Il-perc?entwal ta’ dawk abbonati fuq tariffa ‘pre-paid’ baqa’ wieħed għoli – 61% ta’ dawk kollha li għandhom servizz tal-mowbajl. 4% wieg?bu li għandhom abbonament ‘hybrid’, jig?ifieri servizz li jinkludi element ‘pre-paid’ u ’post-paid’. 

    66% ta’ dawk li għandhom servizz tal-mowbajl, qalu li juz?aw ‘smartphone’. Minkejja li z?diedu l- persuni li qed juz?aw ‘smartphones’, madwar nofs il-partec?ipanti li għandhom mowbajl baz?iku qalu li ma jħossux il-ħtieg?a li jaqilbu għal ‘smartphone’ għax dig?a’ moqdija tajjeb u għax iħossu li ‘smartphone’ huwa wisq ikkumplikat għalihom. Nofs il-partec?ipanti li wieg?bu hekk għandhom iktar minn 65 sena. 

    Ftit iktar minn nofs il-partec?ipanti li qalu li għandhom mowbajl iqisu li s-servizz tal-‘customer care’ hu fattur ewlieni li jinfluwenza d-dec?izjoni tagħhom meta jig?u biex jagħzlu l-operatur. Mill-banda l-oħra, terz tal-partec?ipanti qalu li l-għaz?la tagħhom tiddependi fuq il-valur għall-flus li jieħdu mis- servizz jew fuq rakommandazzjonijiet ta’ qraba u ħbieb. 

    91% tal-partec?ipanti fl-istħarrig? wieg?bu li jinsabu sodisfatti bis-servizz tal-operatur abbonati miegħu filwaqt li 2% biss qalu li mhumiex sodisfatti b’dan is-servizz. Terz minn dawn qalu li lesti jbiddlu l-operatur minħabba din ir-rag?uni. Il-bqija qalu li minkejja d-diz?appunt tagħhom minħabba nuqqas ta’ servizz sodisfac?enti ma jaslux li jibdlu l-operatur għax isibu li l-proc?ess biex jagħmlu dan huwa inkonvenjenti, għandhom il-perc?ezzjoni li kull operatur joffri servizz simili, jew inkella għax jixtru servizz f’ ‘bundle’. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0