''Skandlu kbir''... Fr Hilary Tagliaferro dwar it-trasferiment ta’ Ronaldo

  • Lul 21, 2018 13:03
  • Miktub minn iNews

    Fr Hilary Tagliaferro, Direttur tal-Millenium Chapel u magħruf sew fil-qasam tal-futbol f’pajjiżna, iddikjara ma’ inewsmalta, li t-trasferiment ta’ Ronaldo u l-flus involuti hu ‘skandlu kbir’.

    Jenfasizza li “hu skandlu kbir li dawn il-flus enormi qed jintefqu fuq dawn il-plejers indivdwali. Jagħmel x’jagħmel  u ġenju kemm hu ġenju u jien għandu ammirazzjoni lejh, u għandu jkun hemm limitu ta’ diċenza. Meta bniedem  jitħallas €30 miljun fis-sena u l-ħaddiema jaqilgħu  ħafna u ħafna inqas. Hemm diskrepanza kbira u ma naqbel assolutament xejn. Il-FIFA qed jippruvaw isibu mezzi biex jikkontrollawha din il-biċċa xogħol. Fil-futbol se nispiċċaw jirbaħ min għandu l-flus u min m’għandux jibqa’ barra. Se jispiċa l-gost tal-isport. Illum għandna l-alla tal-flus. Kulħadd iħares biss lejn il-flus. Ma naqbilx maghom dawn it-transferimenti. Dawn qed jistigawhom  l-agenti biex isiru ultra miljunarji. Ma jħallux il-plejer kwiet. Tispiċċa il-lealtà lejn il-klabb u  huma jħeġġu t-transfers għax b’hekk jaqilgħu. Addio kuntratti u klawsoli”, itemm jgħid Fr. Hilary.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook