MAPFRE Middlesea jaħdem fuq bidliet diġitali biex timxi ‘l quddiem

  • Lul 16, 2018 15:27
  • Miktub minn iNews

    MAPFRE, kumpanija tal-assigurazzjoni globali li topera f'47 pajjiż madwar ħames kontinenti, nediet sfida diġitali, f’attentat biex tadatta l-kultura tax-xogħol skond il-bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija.

    Din l-Isfida Diġitali taħdem fuq erba’ kunċetti: ambjent tax-xoghol bi flessibilità, mobilità teknoloġika għal ħidma aktar kollaborattiva b’aktar għarfien, imġieba u modi ġodda ta’ tmexxija u modi differenti ta' kumpens u rikonoxximent tal-impjegati, b’oġettivi aktar ibbażati fuq żmien qasir.

    “F’ MAPFRE għadna l-impenn li nipprovdu soluzzjoni għal din ir- realtà l-ġdida. Il-bidliet teknoloġiċi u soċjali joħolqu numru ta’ opportunitajiet għan-negozju tagħna u l-kumpanija tagħna. L-ikbar sfida hi li jkollna tim li lest jilqa’ dawn il-bidliet,” qal il-President u l-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE, Antonio Huertas.

    Dan il-kunċett qed jiġi implimentat wkoll f’MAPFRE Middlesea f’Malta. "L-Isfida Diġitali tbiddel il-mod ta’ kif naħdmu u tippermettilna nimxu ‘l quddiem b'suċċess. Din il-bidla trid timxi id f'id mal-imġiba u d-drawwiet ġodda li jistgħu jgħinuna naddattaw il-kultura tagħna għal din ir-realtà ġdida, qal Felipe Navarro, President u Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea. 

    "L-għan ewlieni tagħna huwa li l-impjegat ikun jista’ jwettaq ix-xogħol tiegħu minn kullimkien u f’kull waqt, dejjem skond il-bżonnijiet tan-negozju u l-kompromess li jintlaħaq mal-kollegi dwar laqgħat, proġetti u taħriġ.L-iktar ħaġa importanti m'għadhiex il-preżenza tal- impjegat. Huwa aktar importanti li niksbu ir-riżultati u niżvillupaw proġetti li jżidu valur għall-kumpanija,” qalet Ines Silva, Chief Officer HR ta’ MAPFRE Middlesea.

    Din l-Istrateġija Diġitali tippermetti li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr u b'mod effiċjenti, biex b’hekk jiġi provdut servizz aħjar lill-klijent. “ Irridu li jkun hemm inqas burokrazija u aktar kollaborazzjoni, kommunikazzjoni u fiduċja,” qalet Ines.  Bħala parti minn din l-istrateġija, MAPFRE qed taħdem ukoll fuq spazji tax-xogħol ġodda li jippermettu aktar kooperazzjoni, innovazzjoni, il-produttività u anqas burokrazija. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0