Tennis: Novak Djokovic jirbaħ Wimbledon

  • Lul 16, 2018 15:22
  • Miktub minn iNews
"

    B’mod konklussiv Novak Djokovic wera li għadu wieħed mill-aqwa players maskili tat-tennis meta warrab l-isfida tal-ġgant Sud Afrikan, Kevin Anderson, biex kiseb ir-raba’ titlu tiegħu f’Wimbledon f’dawn l-aħħar seba’ snin.

    Is-Serb ta’ 31 sena ħalla warajh sentejn ta’ taqlib biex għeleb lil Anderson 6-2 6-2 7-6 (7-3) f’ġurnata sħuna fis-Centre Court u għamilhom 13-il rebħa tal-Grand Slam biex kompla mela l-vetrina tat-trofej li rebaħ matul il-karriera illustra tiegħu.

    Issa Djokovic tela’ fir-raba’ post ta’ kull żmien fil-lista tar-rebbieħa tal-Grand Slam meta qabeż lill-Awstraljan Roy Emerson u naq­qas id-distakk ma’ Roger Federer (20), Rafael Nadal (17) u Pete Sampras (14).

    L-ex player numru wieħed tad-dinja se jerġa’ jitla’ fl-ewwel 10 tar-rankings li se jiġu pubblikati llum.

    Kien ċar x’ifisser dan it-tit­lu għal Djokovic meta waq­qaf sentejn ta’ nixfa billi ħa t-trofew famuża f’idejh li fil-passat għolliha wkoll fl-2011, fl-2014 u fl-2015.

    “Kelli kull mumenti ta’ dub­ju u ma kontx naf jekk kontx se nikkompeti,” qal Djokovic fuq il-court. “Dan huwa l-ewwel Grand Slam tiegħi f’sentejn u dan huwa l-aqwa post biex tirritorna lura. Huwa speċjali ħafna.”

    L-ewwel finali tal-irġiel fl-era professjonali li fiha ħadu sehem żewġ players li qabżu t-30 sena ma kinitx waħda klassika.

    L-aħħar qatriet tad-drama ta’ Wimbledon ġew użati fl-itwal żewġ semi-finali li qatt saru fl-All England Club. Iżda Djokovic ma kienx jimpurtah minn dan.

    Wara li niżel fl-iktar post baxx fir-rankings mill-2006 u mingħajr l-ebda titlu ta’ kull deskrizzjoni din is-sena – il-player numru 21 tad-dinja daħal f’Wimbledon fil-po­żizzjoni mhux soltu tiegħu li ma jkunx favorit.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0