LifeCycle tappoġġja programm ta’ software għat-Taqsima tal-Kliewi

  • Lul 16, 2018 12:46
  • Miktub minn iNews

    Il-LifeCycle (Malta) Foundation qed tappoġġa b’mod finanzjarju soluzzjoni sofistikata ta’ software installata fit-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei. Imsejħa Traccia, is-software jgħin biex "iqabbel" u jiddetermina bi preċiżjoni għolja l-kompatibiltà tal-organu mogħti mid-donatur mar-riċevitur, u dan qabel ma jsir it-trapjant.         


    Kull sena, LifeCycle torganizza sfida iebsa ta’ ċikliżmu, kull darba f'pajjiżi differenti bil-għan li tiġġenera l-fondi meħtieġa biex twettaq il-missjoni tagħha. Din l-isfida ssir biex jinxtara apparat ħalli jgħin persuni li qed ibatu minn problemi fil-kliewi u biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-ħtieġa  ta’ trapjanti tal-organi  f'Malta.

    Din is-sena, il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) qed tiċċelebra l-għoxrin anniversarju minn mindu twaqqfet minn Alan Curry. Għat-tieni sena konsekuttiva, Foster Clark hi l-isponsor tat-titlu ta’ din l-isfida għall-ġbir ta’ fondi li se tieħu lill-parteċipanti f'Dubaj u mbagħad se jaqdfu 2,000 kilometri sa Salalah fin-Nofsinhar tal-Oman. 
     
    Din hi t-tieni sena konsekuttiva li LifeCycle qed tisponsorja d-database u l-immanniġġjar  tal-human tissue typing (HLA) li jiffaċilita l-proċedura biex ikun hemm qbil eżatt bejn il-pazjent u l-kilwa mogħtija mid-donatur b'ċansijiet wisq aħjar ta' suċċess, u min jirċievi it-trapjant ikun jista’ jgħix fit-tul għas-sodisfazzjon kemm tad-donatur, jew familjari tad-donatur, kif ukoll għall-kwalita’ ta’ ħajja tar-riċevitur.

    Permezz ta’ Traccia, is-sistema hi aġġornata bil-faċilitajiet li timmaniġġja u tirreġistra l-istorja medika tal-pazjenti, it-tip ta’ demm, snin ta’ dijalisi, u t-tissue typing għat-trapjant.

    "Is-sena li għaddiet, b’għotja inizjali ta’ €20,000 mingħand LifeCycle, it-Taqsima tal-Kliewi xtrat is-software Traccia, biex jgħin iqabbel d-donazzjoni ta’ kilwa ma’ pazjent li jbati bil-kliewi u li jkun l-aktar adattat medikament biex jirċieviha,” spjega Alan Curry, li 20 sena ilu waqqaf il-LifeCycle Challenge u din is-sena ukoll hi sponsorjata minn Foster Clark.

    "Pazjenti li jbatu bil-kliewi huma meħtieġa iqattgħu sessjoni fuq d-dijalisi ta' erba’ sigħat kull darba, tliet darbiet fil-ġimgħa, mqabbdin ma' magna tat-tindif tad-demm. Dan hu trattament ferm aggressiv li jħalli lill-pazjent pjuttost għajjien,” spjega Paul Calleja, Head Nurse fit-Taqsima tal-Kliewi. “Dan hu trattament fit-tul, sakemm il-pazjent ma jirċevix trapjant. Bil-programm Traccia, u skont ir-rekords mediċi tal-pazjent, issa hu aktar faċli li jkun iddeterminat ir-riċevitur kompatibbli mill-lista ta’ stennija. Bi trapjant ta’ kilwa, il-kwalità tal-ħajja tal-pazjent tkun ferm aħjar, u jkun hemm ferm inqas rata ta’ mortalità.”

    “Issa li l-programm miexi sew u d-demm tal-pazjenti kollha tagħna fil-lista ta’ stennija tal-kliewi ntbagħat għall-analiżi, il-programm hu aġġornat perjodikament b'kampjuni tad-demm ġodda mibgħuta minn żmien għal żmien. Kull donazzjoni issa qed titmexxa mis-sistema l-ġdida u b’hekk qed niffrankaw ħin prezzjuż, u qed tkun inqas ta’ strapazz għall-pazjenti tagħna,” qal Calleja.

    Donaturi jistgħu jagħmlu l-għotja tagħhom permezz ta’ sms fuq in-numru: 5061 7370 għal €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229  għal €11.65; jew inkella jċemplu 5160 2020 għal €10, 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25. Filwaqt li d-dettalji tal-kont tal-bank huma: Swift code VALLMTMT, IBAN number MT 18 VALL 22013000000014814521017, lil Bank of Valletta, Numru tal-Kont: 14814521017.

    Aktar tagħrif dwar LifeCycle Foundation u Foster Clark LifeCycle Challenge 2018 jinkiseb minn fuq: www.lifecycle.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0