Il-persuni li daħlu fil-grawnd waqt il-logħba li ntlagħbet aktar tard il-lejla bejn Franza u l-Kroazja huma erba’ membri ta’ grupp Russu.Huma rnexxielhom jiżgiċċaw minn fost il-membri tas-sigurtà biex fit-52 minuta, tnejn minnhom irnexxielhom saħansitra jaslu sa nofs il-grawnd.
Il-grupp mhux l-ewwel darba li kkritika lill-President Russu Vladimir Putin li kien preżenti meta aktar kmieni l-pulizija intervjenew biex tkun tista’ tkompli l-logħba tant mistennija. Id-difensur Kroat Dejan Lovren għen biex wieħed mill-erba’ persuni jiġi miżmum mill-pulizija. Persuna oħra irnexxielha tasal sa nofs il-grawnd u saħansitra tagħmel ġest bl-idejn mal-attakkant Franċiż Kylian Mbappe li sa ftit sekondi qabel ra lill-gowler Kroat iwaqqfu milli jżid l-iskor.
Waħda mill-protestanti kienet rrapurtata bħala l-magħrufa Nadezhda Tolokonnikova, tfajla ta’ 28 sena li fl-2012 kienet arrestata minħabba mġieba mhux aċċettata fil-Katidral ta’ Moska. Fost it-talbiet tal-grupp kien hemm il-ħelsien tal-politiċi ħabsin u biex jieqfu l-arresti illegali waqt id-dimostrazzjonijiet. Huma talbu wkoll tmiem għall-fabrikazzjoni ta’ każijiet kriminali u arresti ta’ protestanti.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.