AĠĠORNAT: Malta se tkun qed tassisti lill-Italja biex l-immigranti jiġu rilokati … “Ħuduhom Malta jew tant aħjar jekk il-Libja”

  • Lul 14, 2018 15:47
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNAT: Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li Malta se tkun qed tipparteċipa f’inizjattiva mill-Italja bil-għan li jkunu rilokati numru ta’ immigranti li huma parti mill-450 immigrant li kienu abbord vapur tas-sajd.

    F’telefonata mal-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, il-Prim Ministru Muscat saħaq li Malta se tkun qed toffri solidarjetà, u tassisti lill-Italja f’dan il-każ umanitarju, bl-immigranti mistennijin li jiddaħħlu l-Italja.

    Id-deċiżjoni meħuda minn Muscat issegwi fuq l-istess passi li Malta ħadet fil-każ tal-MV Lifeline, meta disa’ pajjiżi, fosthom l-Italja, qablu li jaqsmu bejniethom 234 immigrant.

    Fl-istess waqt permezz ta’ stqarrija l-Gvern emfasizza li din id-deċiżjoni ma tnaqqasx mill-fatt li Malta aġixxiet b’konformità mar-regoli internazzjonali, anke fir-rigward ta’ dan il-każ.

    AKTAR QABEL: L-450 immigrant li jinsabu f’nofs kontroversja bejn l-Italja u Malta ġew trasferiti fuq żewġ dgħajjes tas-salvataġġ viċin il-gżira ta’ Linosa. Madankollu id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qed jinsisti li dawn issa għandhom jittieħdu lejn Malta.

    Tmien persuni, ilkoll nisa u tfal, ġew trasportati lejn Lampedusa għal raġunijiet ta’ saħħa. Madankollu għadu mhux magħruf fejn il-kumplament tal-immigranti se jkunu qed jittieħdu.

    F’kummenti li ta lill-midja Taljana Salvini saħaq li “ż-żewġ vapuri bl-451 immigrant abbord għandhom jittieħdu lejn Malta, jew tant aħjar jekk jittieħdu l-Libja. B’hekk jingħata messaġġ ċar u konsistenti lit-traffikanti tal-immigranti.”

    Il-kontroversja bejn l-Italja u Malta bdiet ilbieraħ waranofsinhar, b’Salvini jisħaq li mhux se jħalli lil dgħajjes b’immigranti abbord milli jidħlu fil-portijiet Taljani. Huwa saħaq li Malta għandha terfa’ r-responsabbiltà tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0