Iffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija Huawei

  • Lul 14, 2018 18:30
  • Miktub minn iNews

    “Huawei se tkun qed taqsam il-kompotenza tagħha, it-teknoloġiji l-aktar riċenti u se tagħti spinta lill-avvanzi teknoloġiċi. Il-MOU se jkun estiż b’mod li jilħaq livell lokali, investituri u operaturi,” qal Schembri.

    Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Huawei Thomas Miao ffirmaw Memorandum of Understandingmmirat biex isostni l-qasam tar-riċerka akkademika filwaqt li jindirizza aħjar sfidi mondjali marbuta mas-sigurtà pubblika, proċess tad-data, analiżi ta’ videos u sistemi ta’ ICT.

    “Il-Memorandum of Understanding huwa sinjal ċar ta’ kemm il-kumpanija Huawei hija kommessa li tixpruna l-innovazzjoni. Flimkien qegħdin nirrikonoxxu l-aspett strateġiku tat-teknoloġija wireless 5G bħala spunt għall-applikazzjonijiet innovattivi, mudelli ġodda ta’ negozji u investimenti,” qal Schembri. 

    Silvio Schembri qal li permezz tal-MOU, il-kumpanija Huawei se toffri studenti Maltin taħriġ ta’ ġimgħatejn fl-ICT fiċ-Ċina.

    Schembri semma kif riċentament l-Parlament Malta daħħal tliet liġijiet ġodda li fosthom se jwaqqfu l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali li se tkun qed tiċċertifika l-arranġamenti teknoloġiċi innovattivi li jinkludu DLT u smart contract. “Għalhekk, filwaqt li nirrikonoxxu l-fatt li t-teknoloġiji ġodda inkluż Artificial Intelligence se tkun qed tħalli impatt fuq negozji, fix-xhur li ġejjin, l-Awtorità se tkun qed tistħarreġ fil-qasam ta’ AI, IOT , Quantum Technology u Big Data,” qal Schembri. 

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ Huawei qal li l-Memorandum of Understanding huwa l-pass konkret li jmiss u li se twassal għall-koperazzjoni u appoġġ mill-ekosistema kollha. “Huawei hija kommessa li tkun t’appoġġ għall-viżjoni tal-Gvern Malti u li tkun minn ta’ quddiem nett fil-qasam diġitali. Aħna nemmnu f’Malta,” qal Miao.

    L-iffirmar tal-Memorandum of Understanding kien segwit minn demostrazzjoni ta’ roadshow ta’ trakk li jaħdem bl-użu ta’ 5G fejn wieħed seta’ jara każijiet ta’ 5G life network u f’demostrazzjonijiet reali. Il-Huawei 5G demo truck għandha portafolji marbuta ma’ prodotti u soluzzjonijiet ta’ All-Cloud 5G biex tingħata għajnuna lil dawk li jitrasportaw bil-5G.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0