Libjan isofri ġrieħi gravi f'argument f'Paceville

  • Lul 14, 2018 12:02
  • Miktub minn iNews
"

    Libjan sofra ġrieħi gravi wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu kien involut f’argument ma’ raġel ieħor. L-inċindet seħħ għall-ħabta tat-2.55 a.m. fi Triq il-Knisja, f'Paceville.

    Mill-investigazzjoni preliminari tal-Pulizija jirriżulta li l-Libjan ta’ 35 sena kien involut f’argument ma’ raġel ieħor bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi kawża ta’ diversi daqqiet li qala’. Huwa ngħata l-assitenza minn xi persuni li kienu fl-akkwati, filwaqt li l-aggressur ħarab minn fuq il-post.

    Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

    Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0