Il-FIFA tistieden lit-12-il tifel Tajlandiż

  • Lul 12, 2018 00:52
  • Miktub minn iNews
"

    It-12-il players tal-football żgħażagħ li nħelsu minn għar fit-Tajlandja ġew offruti ċ-ċans biex jattendu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Ħadd li ġej, iżda għadhom mhux f’sikkithom biex jivvjaġġjaw, qalet il-FIFA.

    Għaddasa temmew is-salvataġġ tat-team tal-football, Wild Boars, u l-coach tagħhom, nhar it-Tlieta li għadda, 17-il ġurnata wara li ġew maqbuda taħt l-art.

    Offerti ta’ sapport ġew minn madwar id-dinja, b’Manchester United joffrulhom iċ-ċans li jattendu logħba f’Old Trafford.

    Il-players Ingliżi, Kyle Walker u Jack Butland, offrew li jibagħtu set tal-football lit-tfal wara li wieħed minn dawk salvati kien liebes flokk tal-Ingilterra.

    Barra minn hekk Barcelona stiednu lit-tfal biex  jilagħbu fit-tournament internazzjonali tal-akkademja tagħhom is-sena d-dieħla u anke jaraw lil Barca fl-azzjoni fin-Nou Camp.

    Il-FIFA kienet stiednet lit-tfal biex imorru Moskow għall-finali tat-Tazza tad-Dinja, iżda qalet li dan ma jistax isir għax iridu aktar żmien biex jirkupraw.

    “Il-prijoritá tagħna tibqa’ fuq is-saħħa ta’ kulħadd involut. Se naraw li nsibu opportunitá ġdida biex nistiednu lit-tfal għal avveniment tal-FIFA biex jaqsmu mument komuni u ċelebrazzjoni,” qalet il-FIFA fi stqarrija.

    Manchester United qalu li fl-istaġun li ġej jixtiequ jilqgħu lit-team u lil dawk li salvawhom f’Old Trafford waqt li Walker qal li t-tfal ġew salvati hija aħbar tal-għaġeb! “Nixtieq nibagħtilhom flokkijiet” waqt li Butland ukoll qed iħossu meħlus li kulħadd huwa salv u jixtieq jibgħatilhom xi ingwanti wkoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0