F’partita valida mill-ewwel leg tal-ewwel round preliminari tal-UEFA Champions League, Valletta marru l-Albanija u temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Kukesi hekk kif nhar it-Tlieta li ġej jilagħbu t-tieni leg, fis-Centenary Stadium.
Ir-rebbieħ minn dan il-konfront jaffronta lir-rebbieħ tal-konfront bejn Olimpija Ljubljana u Qarabaq fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni, waqt li t-tellief jilgħab mar-rebbieħ tal-konfront bejn Spartak Trnava u Zrinjski fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League.
Kienu Kukesi li ħolqu l-ewwel periklu wara erba’ minuti meta wara li rċieva minn corner ta’ Donjet Shokodra, Harallamb Qaqi kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin jintemm barra.
Valletta wieġbu fis-27 minuta permezz ta’ Matteo Piciollo li kellu x-xutt salvat minn Stivi Frasheri. Mill-azzjoni li segwiet, Kukesi resqu viċin li jiftħu l-iskor iżda Henry Bonello dawwar f’corner ix-xutt mill-viċin ta’ Ylli Shameti
It-tieni taqsima kienet ferm kwieta, fejn kien biss fil-81 minuta li ġiet innotata l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, bl-Albaniżi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta William Cordeiro Melo kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Henry Bonello. Il-Beltin wieġbu fl-84 u fis-86 minuta b’żewġ xuttijiet rispettivi minn Santiago Malano u Matteo Piciollo li ntemmew barra.
Kukesi: 77-Stivi Frasheri, 4-Ylli Shameti, 8-Vangjel Zguro (27-Valon Ethemi 58), 9-Sebino Plaku (28-Haris Harba 75), 10-Donjet Shkodra (99-Dino Spehar 80), 15-Harallamb Qaqi, 18-Arber Cyrbja, 20-Simo Rumbullaku, 23-Besar Musolli, 26-William Cordeiro Melo, 33-Irakli Dzaria Coach: Peter Pacult
Valletta: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 8-Santiago Malano, 10-Matteo Piciollo, 18-Enmy Manuel Pane Beltre, 19-Joseph Zerafa, 20-Ibrahim Raed Salah (16-Jean Borg 90), 24-Rowen Muscat (6-Juan Cruz Gill 70), 27-Miguel Angel Alba (14-Kyrian Nwoko 77), 89-Mario Fontanella Coach: Danilo Doncic
Referee: Thorpddur Hjaltalin (Islanda)
Assistenti: Frosti Vidar Gunnarsson, Oddur Helgi Gudmundsson (Islanda)
Raba’ Uffiċjal: Thorvaldur Arnason (Islanda)
Ammoniti: E. M. Pena Beltre. J. Zerafa, R. Muscat, H. Bonello (V)
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.