Manchester United qed jittamaw li jiffirmaw lill-player ta’ Chelsea, Willian, issa li l-Brażil ġew eliminati mit-Tazza tad-Dinja.
Willian ilu jissemma’bil-possibbiltá ta’ trasferiment lejn Old Trafford għal diversi xhur, iżda l-attenzjoni tiegħu kienet biss fuq it-Tazza tad-Dinja. U wara li l-Brażilġew eliminati mill-Belġju fil-kwarti-finali,Willian jista’ jiddeċiedi dwaril-futur tiegħu.
Il-player ta’ 29 sena stqarr li jekk il-coach Antonio Conte jibqa’ fit-tmexxija tat-team, huwa jitlaq lill-Pensioners minnufih. Fil-fatt, fil-jiem li għaddew Conte mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ u jidher li se jibqa’ fit-tmun għalkemm jeżistu spekulazzjonijiet li Maurizio Sarri se jkun il-kowċ il-ġdid.
Jekk jingħaqad mar-Red Devils, Willian jerġa’ jingħaqad mal-coach José Mourinho wara li kienu ħadmu flimkien meta dan tal-aħħar kien qed imexxi lit-team ta’ Chelsea, bejn l-2013 u l-2015.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.