Il-Grupp Farsons - Sieħeb Industrijali fl-MCAST EXPO

  • Lul 10, 2018 10:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Grupp Farsons ħa sehem fl-MCAST EXPO li saret fil-kampus prinċipali tal-kulleġġ f’Raħal Ġdid bejn l-Erbgħa 4 ta’ Lulju u s-Sibt 7 ta’ Lulju. Dan għamlu fi sħubija industrijali mal-MCAST.

    L-istudenti prospettivi u l-pubbliku kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-istaff u mal-apprentisti li jaħdmu ma’ Farsons biex jiskopru aktar fuq il-Grupp, il-viżjoni tiegħu, il-proġetti tat-tkabbir, u l-karrieri li hemm jistennewhom f’dan il-qasam tal-industrija. L-istudenti ddiskutew l-opportunitajiet tal-karrieri filwaqt li l-apprentisti ta’ Farsons qasmu magħhom l-esperjenza li ssegwi kors fl-MCAST u l-esperjenza tat-tagħlim li qed ikollhom fil-postijiet tax-xogħol.  

    Mariella Galea, Learning & Development and Performance Manager, qalet li, “Farsons jemmen fl-importanza u r-rwol tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) għall-iżvilupp tal-istudenti u jifhem kemm hi importanti l-esperjenza fl-industrija għax tgħinhom fir-rotot tal-karrieri li jaqbdu. Il-Grupp Farsons jikkollabora mill-qrib mal-MCAST u ma’ diversi istituzzjonijiet edukattivi oħrajn u huwa involut b’mod attiv fl-apprentistat, fl-internships, u fl-esperjenzi tax-xogħol.”

    L-istudenti li żaru l-istand kienu mħeġġa jaqbdu karriera fis-settur tal-manifattura, filwaqt li kien emfasiżżat l-impenn fit-tul tal-kumpanija għat-taħriġ vokazzjonali f’Malta u l-għajnuna kontinwa li tagħti lill-MCAST. Il-Grupp kburi b’din il-kollaborazzjoni fit-tul mal-MCAST u jħares ’il quddiem li jkompli jappoġġja l-iżvilupp tal-istudenti fil-vjaġġ tat-tagħlim tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0