Il-Prezz tal-Ħobż Għadu Validu Illum Il-Ġurnata?

  • Lul 07, 2018 20:33
  • Miktub minn iNews

    “Għal dawk in-nies li jinsabu f’livell soċjo-ekonomiku baxx, il-proporzjon tad-dħul tiegħek li jmur f’affarijiet relatati mal-ikel se jkun ogħla minn nies oħra b’introjtu ikbar. Kwalunkwe żieda li se jkun hemm fl-ikel sejjer jaffetwa lil dan in-nies negattivament b’mod ikbar, għaliex proporzjonalment l-ispiża hija ikbar.” 

    Tenna dan Andre Callus mill-Moviment Graffiti, f’kumment dirett ma’ dan il-ġurnal. Callus kien qiegħed jirrispondi għall-artiklu ppublikat l-bieraħ minn dan il-ġurnal, kif ukoll fuq numru ta’ stejjer preċedenti li kienu qegħdin jirrelataw ma’ ċaqliq fil-prezz tal-ħobż. 

    Ilbieraħ dan is-sit irrapporta l-kummenti ta’ numru ta’ furnara u intrapriżi li joperaw fis-suq tal-ħobż: Filwaqt li dawn il-kummenti kkonfermaw kif għall-ewwel darba f’erba’ snin u nofs kien sejjer ikun hemm ż-żieda fil-qamħ u d-dqiq mogħtija lil ċertu negozji, kien hemm inċertezza jekk dan hux ħa jwassal għal ċaqliq fil-kwalità jew fil-prezz tal-ħobż u tal-prodotti relatati, u dan minħabba l-kompetittività li hemm fis-suq.

    Ernest Cherrett mill-Fondazzjoni Dar il-Hena, filwaqt li kkonferma l-possibilità ta’ element negattiv fuq ċertu element tan-nies, rrimarka kif minħabba li nbidlu ż-żminijiet, “il-ħobż m’għadux l-iktar ħaġa li jiġi mittiekel. Però hawnhekk nagħmel aċċenn: Dawk li għandhom ftit ħa jħossuha, u dawk li m’għandhomx u qegħdin ibagħtu sejrin ibagħtu ftit żgħira iktar. L-element tal-ikel mhuwiex l-unika raġuni, jew r-raġuni prinċipali, għall-faqar f’pajjiżna.”

    Intant, Callus kompla jisħaq kif din iż-żieda fil-prezz tal-ħobs jista jkompli jesebixxi ċertu problemi fil-mekkaniżmu tal-Aġġustament tal-Ogħli tal-Ħajja (il-COLA): “Il-COLA tikkunsidra l-ogħla għall-ħajja għal-kulħadd bl-istess mod. Però r-realtà hija li l-inflazzjoni u ż-żieda fil-affarijiet materjali bżonnjużi qegħda taffettwa b’mod ikbar proporzjonalment lil nies b’introjtu ikbar. Dan l-aġġustament għandu jiġi mibdul biex jindirizza dan il-punt, biex ikun jista’ jħalli impatt ikbar fuq dawk li għandhom pagi baxxi milli fuq nies b’pagi ogħla.”

    “Ma ninsewx li l-paga minima Maltija hija waħda miżera. F’Malta għandha ħajja għolja ħafna, anke meta tiġi mqabbla ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Fil-prattika, meta inti tmur tixtri Malta, inti tonfoq iktar fuq affarijiet bħal-ikel u xorb milli pajjiżi oħra: F’dan il-kuntest, f’sitwazzjoni delikata bħal din, kwalunkwe żieda fil-affarijiet bżonnjużi jista’ jkollhom impatt li jinħass iktar.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0