Sittax-il persuna tiggradwa fil-lingwa tas-sinjali bil-Malti

  • Lul 07, 2018 18:50
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis ferħu lill-iggradwati li temmew b’suċċess kors fil-Lingwa tas-Sinjali bil-Malti. Il-Ministru Caruana qalet li din kienet it-tieni darba f’perjodu qasir fejn persuni ngħataw l-opportunità li jattendu kors fil-lingwa tas-sinjali f’Għawdex stess. Justyne Caruana żiedet tgħid li l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex f’dan il-qasam qed jagħti l-frott mixtieq għaliex ċertu korsijiet li qabel kienu jingħataw f’Malta biss, illum qasmu l-fliegu u qed ikunu għad-dispożizzjoni tal-Għawdxin.

    Il-Ministru Caruana qalet li il-ħidma fil-qasam tal-persuni b’diżabilità f’Għawdex qed tkompli tingħata l-importanza li jixirqilha. Hi semmiet kif dan l-aħħar, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Agius Decelis, żaret l-Għajnsielem Learning Hub fejn ingħata bidu għax-xogħol preparatorju li ser jara dan il-post jiġbor fih is-servizzi kollha tad-diżabilità f’Għawdex, u għalhekk iservi ta’ one-stop-shop.

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis awgura lill-Gozo Association for the Deaf li toffri servizzi u taħriġ f’Għawdex lil madwar 250 membru. Huwa saħaq fuq l-importanza li nkomplu naħdmu flimkien sabiex is-settur tad-diżabilità jkompli miexi ‘l quddiem, kemm f’Malta u f’Għawdex, hekk kif l-Aġenzija Sapport ser tkun qed tkompli testendi l-operat tagħha ġewwa Għawdex permezz tal-Learning Hub ġdid ġewwa Għajnsielem.

    Flimkien, il-Ministru Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis awguraw lill-Gozo Association for the Deaf għall-ħidma kbira li wettqet matul it-30 sena li ilha mwaqqfa.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook