Felix Brych mhux se jikkontrolla logħbiet mit-Tazza tad-Dinja

  • Lul 06, 2018 13:57
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-referee Ġermaniż, Felix Brych, mhux se jirreffja aktar logħbiet f’din it-Tazza tad-Dinja wara li l-aħħar logħba li kkon-trolla, bejn l-Isvizzera u s-Serbja, spiċċat f’kontroversja kbira.

    Wara li analizzat is-sitwazzjoni, il-FIFA iddeċidiet li tibagħtu d-dar speċjalment wara li l-FA Serba ressqet ilment formali.

    Hekk kif il-logħba kienet fi draw ta’ 1-1, kien hemm episodju ċar ta’ penalty fejn l-attakkant Serb Alexander Mitrovic twaq­qa’ fil-kaxxa iżda Brych ħalla l-logħob għaddej.

    Biex tkompli tiġi ħażina, din l-azzjoni lanqas ma ġiet konsultata mal-VAR. Eventwalment il-logħba ġiet mirbuħa wara li l-Isvizzera skorjaw il-goal tar-rebħa fil-ħin mogħti żejjed mir-referee.

    Stqarrija maħruġa mill-FA Serba, ir-refe­ree Ġermaniż kien  aktar “attent” lejn deċiżjonijiet favur l-Isvizzeri u fl-episodju tal-penalty li ma ngħatax, huwa ftit wera li ried jagħti x-xutt mill-11-il metru lis-Serbja.

    Brych, li ilu jikkontrolla logħbiet internazzjonali sa mis-sena 2007, huwa magħ­ruf għad-diversi karti sofor u ħomor li jħobb joħroġ mill-but.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0