L-aqwa deċiżjoni li seta' jieħu l-Gvern Malti dwar l-industrija tal-Blockchain

  • Lul 06, 2018 12:57
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit

    X’jista’ joffri s-settur tad-DLT u tal-Blockchain lil pajjiżna? X’inhuma l-vantaġġi, u l-perikli, li hemm annessi ma’ din it-teknoloġija ġdida? Dan is-sit jitkellem ma’ Robert Koenig, Ekonomista, Konsulent Internazzjonali, u Direttur Eżekuttiv tal-Kumpanija XENTAVO, dwar il-benefiċċji li pajjiżi żgħar bħal Malta jista' jkollhom grazzi għall-użu tal-muniti virtwali


    Riċentament, il-Parlament Malti għadu kif ivvota favur numru ta’ liġijiet ġodda, li bihom Malta sejra tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li sejjer jirregola aspetti tad-Distributed Ledger Techonlogy (DLT). X’effett jista jkun hemm grazzi għal dawn il-liġijiet?

    Din kienet waħda mill-aqwa deċiżjonijiet li l-Gvern Malti seta’ jieħu f’din l-industrija l-ġdida. Meta niġu biex neżaminaw l-impatt li l-użu ta’ din it-teknoloġija tista tħalli fuq l-ekonomija, nistgħu nieħdu l-każ tal-Estonja, li huwa wkoll pajjiż żgħir u membru tal-Unjoni Ewropeja, fejn l-implimentazzjoni ta’ nuru ta’ teknoloġiji diġitali (foshtom d-DLT) ħallew impatt ekonomiku kbir. 

    Jidher iżda, li bid-deċiżjoni tagħhom il-Gvern Malti ħa jimxi pass ieħor il-quddiem. Fil-każ ta’ Malta, l-impatt ta’ din id-deċiżjoni deher mill-ewwel. Il-fatt li kumpaniji kbar f’dan is-settur, bħal mhija Binance (l-ikbar operatur ta’ skambji fid-dinja), qegħdin jittrasferixxu l-operat tagħha ġewwa pajjiżkom biex ikun parti mill-Unjoni Ewropeja, fejn il-liġijiet huma iktar favorevoli għall-muniti virtwali, huwa wieħed notevoli. Din id-deċiżjoni qegħda turi lid-dinja tal-intrapriżi li Malta huwa l-post perfett minfejn tista tagħmel in-negojzu. Numru ta’ kumpaniji diġa qegħdin jaħgmlu l-istess. Malta qegħda tagħti lil dawn il-kumpaniji l-istabbilita u s-sigurta li l-ebda pajjiż ieħor ma tahom. Dan jista' jħalli benefiċċji kbar fejn jidħol l-introjtu l-iġġenerar ekonomiku tal-pajjiż; dan it-trasferiment se jkun kbir għal Malta. Dawn il-liġijiet il-ġodda sejrin jistabilixxi lil Malta bħala pajjiż innovattiv u minn ta’ quddiem nett: id-deċiżjoni ma setgħetx ittieħdet f’mument iktar opportun.

    Min-naħa l-oħra, temmen li din it-teknoloġija hija waħda li għandha futur għat-tul quddiemha, jew hija biss teorija kontemporanja? U x’elementi prattiċi jista jkollha?

    It-teknoloġija tal-Blockchain qegħda fostna u se tibqa. Dan kulħadd qiegħed jgħidu, anke l-banek. Jiena ċert li sa’ għaxar snin oħra, kull pajjiż sejjer jagħmel użu mit-teknoloġija tal-Blockchain, u ħafna mill-pajjiżi sejrin jibdew joperaw l-muniti tagħhom fuq it-teknoloġija, anke fejn tidħol il-munita l-Ewro. 

    Hemm numru ta’ raġunijiet għal din. Flus li huma karta, bħall-Ewro, ma tistax tikkontrolla jew tanalizza kull darba li ġew użati. Il-flus inti ma tkunx taf fejn huma, ma tafx eżatt kemm hemm flus li qegħdin jiċċirkolaw ruħhom, jew fejn qegħdin. B’munita virtwali, dan l-element ta’ kontroll se jkun hemm, b’mod awtomatiku u instantanju. Dan jista jkun kemm theddida, kif ukoll vantaġġ, pero għall-Banek Ċentrali u għall-Gvernijiet differenti, dan huwa punt interessanti ħafna. U dawn huwa biss il-bidu. Bħalissa, numru ta’ Gvernijiet mhumiex qegħdin ikunu jistgħu jingaġġaw b’mod monetarju mal-popolazzjoni tagħhom: Hemm il-bank ċentrali li qiegħed jieħu dan l-irwol. L-użu tal-Blockchain se jbidddel dan kollu: Il-Gvernijiet sejrin ikunu kapaċi jagħmlu transazzjonijiet diretti mal-konsumaturi (G2C), u weħidha din sejra tiftaħ il-bibien għal numru kbir ta’ żviluppi ġodda u posittivi.

    Immaġina ftit: Biex nieħdu eżempju, meta jkun hemm diżastru naturali, kull Gvern għandu jgħin lil numru ta’ raħħala u bdiewa biex tiġi assigurat l-provvista ta’ ikel: u b’hekk tgħin lill-bidwi jixtri dak li jrid u minn fejn irid. L-aħjar ħaġa hija li dan kollu jsir fl-isfond: L-ebda bank, l-ebda ammont ta’ flus fl-idejn, riskju ħafna inqas ta’ frodi, f’dan il-kas hemm transazzjoni diretta bejn il-gvern u l-fornitur. Dan kollu huwa possibli grazzi għall-Blockchain.

    Il-Ġenerazzjoni Millenjali diġà qegħda tbiddel id-dinja: Kemm grazzi għall-ħolqien u l-użu tal-midja soċjali, kif ukoll bil-mod kif qegħdin taħsbu. U dan mhix biss minn aspett kulturali jew soċjo-demografiku. Din il-ġenerazzjoni qegħda toħloq ekonomija separata: Skont stħarriġ ippublikat ftit tal-jiem ilu fir-Renju Unit, 92% taż-żgħażagħ ma jafdawx lill-bankek, u filwaqt li bħalissa 0.5% tal-popolazzjoni  biss li qegħda tagħmel użu minn xi munita virtwali bħalissa, dan għad jitlà sa’ 20% f’temp ta’ ftit snin. 

    Bħalissa, l-ikkalkular normali tal-Prodott Gross Domestiku mhux qiegħed jinkludi dawn il-muniti virtwali, però dan għad jinbidel kompletament fis-snin li ġejjin, anke fil-każ ta’ pajjiżkom. Jiena nappella lil kull pajjiż biex iħarsu lejn id-dinja tal-muniti virtwali, biex nieqfu nilgħabu. Din it-teknoloġija ġdida qegħda hawn u sejra tibqa topera f’forom differenti, trid jew ma tridx.

    L-implimentazzjoni għal munita hija possibilita waħda. Hemm oġrajn. Biex ntik eżempju: Fl-Istati Uniti, bħalissa hemm 14,000 il-formola tat-twelid differenti, li jiġu operati f’sitt elef entità differenti. Mhemm l-ebda ċentralizzazzjoni, u dan, apparti argumenti ta’ konformita, jista jkun vittma ta’ frodi fost l-oħrajn. Bl-użu ta’ Blockchain, dan l-aspett ta’ konformia sejjer jgħin ħafna, anke għall-użu ta’ titli ta’ art u propjetà, li s-soltu kienet propjetà tal-avukat. B’hekk, tiżdied iktar l-element tas-sigurta meta wieħed jidħol f’negozju ma’ persuna oħra, u jkompli jikkontribwixxi għal negozju ikbar u aħjar. Dan japplika wkoll għax-xiri ta’ Aġenziji Governattivi.

    Abbażi tal-istess statistika però, jidher biċ-ċar li għad fadal element ta’ biża' fejn tidħol din it-teknoloġija. Lejn x’hiex tatribwixxi dan l-element ta’ eżitazzjoni? 

    Hemm diversi punti. Kruċjali minnhom huwa l-fatt li hemm ħafna li qegħdin iħarsu lejn il-munita virtwali mhix bħala spekulazzjoni. Dan huwa wieħed mill-aspetti l-inqas importanti fl-opinjoni tiegħi, pero madanakollu huwa l-iktar punt li jitkellmu fuqu. Li tinvesti fil-muniti virtwali mhux il-punt essenzjali tat-teknoloġija, għaliex l-applikazzjonijiet huma ħafna iktar usa minn hekk

    Punt ieħor li jista forsi jispjega din l-eżitazzjoni huwa l-perikli ta’ din it-teknoloġija qegħdin hemm: Apparti punti ta’ sigurtà u vulnerabbilità (per eżempju jekk il-kumpanija li tkun qed tuża biex tagħmel l-iskambji tal-muniti virtwali tagħlaq, u inti ssib ruħek f’periklu li titlef l-investiment tiegħek). Madanakollu, l-ikbar problema li hemm bħalissa hija n-nuqqas ta’ tagħrif fuq it-teknoloġija.

     Riċentament, waqt sessjoni fuq is-sit Reddit, jiena kont ktibt artiklu kif f’sondaġġ li sar ġewwa r-Renju Unit, 20% taż-żgħażagħ stqarru li kienu qed jippreferu jinvestu fil-muniti virtwali iktar milli l-propjeta. Bħalissa, kulħadd qiegħed jitkellem fuq il-valur tal-muniti virtwali u l-ispekulazzjoni li hemm magħha, però din hija rrelevanti: F’temp ta’ snin, dan l-aspett ta’ spekulazzjoni ta’ valur mhix sejjer jibqa japplika.

    Temmen li din it-teknoloġija tista tħalli impatt ekonomiku kbir fuq pajjiżna?

     Assolutament. Għall-pajjiżi ż-żgħar, l-Internet fissret bidla radikali, u l-istorja sejra terġa tirripeti ruħha grazzi għat-teknoloġija tal-muniti virtwali. Li tkun posittiv u li tħares lejn il-muniti virtwali huwa punt tajjeb ħafna, għaliex din l-innovazzjoni tista tbiddel is-suq globali ekonomiku kollu. Malta għandha l-potenzjal li tiġġenera iktar introjtu għall-pajjiż. Hekk kif l-Internet biddel u żied il-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiżi żgħar, l-istess ħaġa ser iseħħ grazzi għall-introduzzjoni u r-regolatizazzjoni tal-muniti virtwali.

    Meta bdejna noperaw bl-Internet, kulħadd ddeskriva l-era l-ġdida bħala l-Perjodu tal-Inforazzjoni (Information Era). Illum, qegħdin nersqu viċin l-Perjodu tal-Fiduċja (Trust Era), fejn bl-użu tal-Blockchain, se jkun hemm iktar sikurezza u ċertezza fuq l-identità u t-transazzjoni minnha nnifisha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook