Telqa u skart fit-toroq ta' San Pawl il-Bahar

  • Lul 06, 2018 15:00
  • Miktub minn iNews

    Dawra mat-toroq ta’ San Pawl il-Baħar wieħed jista’ jinnota d-dehra ta’ telqa li tikkaraterizza dawn it-toroq. Quddiem Karanne Aparthotel jidhru bosta bottijiet tal-ħalib u pakketti ta’ sigaretti li ġew mormija ġewwa pots fejn suppost jikbru l-pjanti u l-fjuri. Tibqa’ ddur madwar it-toroq, tista’ tara s-sitwazzjoni kritika ta’ ċertu toroq hekk kif iktar jaqbillek timxi milli tuża l-karozza tiegħek għax żgur tista’ tħalli xi tyre warajk. Bosta toroq, fosthom Triq id-Duluri, Triq C. Tanti, Triq il-Kaħli, Triq l-Ibħra u Triq San Pawl għandhom tarmac mhux illivellat u fejn kien hemm xi ħofra din ġiet magħmula ta’ malajr, dak li jissejjaħ “patching” imma żgur li din mhux is-soluzzjoni ideali.

    Is-sitwazzjoni allarmanti taż-żibel għadha preżenti ġewwa San Pawl il-Baħar hekk kif aħna u induru innutajna rwejjaħ strambi u numru ta’ żibel mormi fuq il-bankini jew f’xi central strip. Jekk qed ninvestu f’San Pawl il-Baħar bħala post turistiku, żgur li t-turisti ma ġewx biex jaraw din l-arti moderna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0