Uffiċċju ġdid tal-POYC f’Għawdex

  • Lul 04, 2018 16:24
  • Miktub minn iNews
"

    Inizjattiva sabiex il-pazjenti Għawdxin ikomplu jinqdew aħjar f’Għawdex stess

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fetaħ uffiċċju ġdid tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) f’Għawdex li se jkompli jsaħħaħ is-servizz lil madwar 12,000 pazjent li jagħmlu użu mill-POYC fil-gżira Għawdxija.

    Fearne qal li b’kollox hemm 19-il spiżerija f’Għawdex li huma msieħba f’din l-iskema. Semma kif il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju jsegwi l-ftuħ ta’ berġa ġdida tas-saħħa xahar ilu fir-raħal tax-Xewkija, li juri l-impenn tal-gvern li jkompli jinvesti fil-qasam tas-saħħa kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

    “Dan l-investiment ikompli jorbot mal-bini mill-ġdid tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-bini tal-iskola medika ta’ BARTS,  u huwa parti minn pjan dettaljat tal-gvern li jinvoli proġetti oħra li se jitħabbru fil-futur qarib, sabiex il-pazjenti Għawdxin ikollhom servizz tas-saħħa li jixirqilhom”, temm jgħid Fearne.

    Il-ftuħ tal-uffiċċju ġdid tal-POYC sar fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li min-naħa tagħħa faħħret din l-inizjattiva sabiex il-pazjenti Għawdxin ikomplu jinqdew aħjar f’Għawdex stess u mingħajr skariġġ li jaqsmu lejn Malta.

    Il-Ministru Caruana tennet l-impenn tal-gvern biex f’Għawdex, is-settur tas-saħħa jingħata l-prijorità li jixraqlu, u għal dan il-għan il-Ministeru għal Għawdex qed jagħti l-appoġġ sħiħ.

    Fil-fatt, kien għalhekk li proprju l-ġimgħa l-oħra tħabbar investiment ta’ €1.5 miljun f’Ċentru tas-Saħħa fil-qalba tar-Rabat, Għawdex, li se jsir f’binja allokata għal dan il-għan mill-istess Ministeru. Caruana qalet li dawn il-proġetti fil-qasam tas-saħħa huma parti mill-pjan tal-gvern biex l-Għawdxin, jingħataw l-aħjar servizz possibli f’Għawdex stess u b’hekk ikun hemm titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0