Liġi mill-Oppożizzjoni biex ikunu protetti persuni li jagħtu għajnuna lil min ikun f'periklu

  • Lul 03, 2018 20:35
  • Miktub minn iNews

    Permezz ta' liġi ġdida mressqa mill-Oppożizzjoni, se jkun qed jitneħħa xkiel li hemm bħalissa biex persuna tagħti l-ewwel għajnuna lil xi persuna oħra li tkun qiegħda f'periklu. B'hekk, il-liġijiet tagħna jiġu jirriflettu l-prinċipju li l-ħajja ta' kull persuna hi imprezzabbli u jkun qed isir dak kollu possibbli biex nipproteġuha. Dan qalu l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali Claudio Grech meta kien qed jiddiskuti l-abbozz ta' liġi mressaq mill-Oppożizzjoni u li permezz tiegħu hu propost li jiddaħħal fil-liġi Maltija l-kunċett magħruf bħala tas-Samaritan it-Tajjeb. 

     Din il-liġi tipprovdi biex, f'każ li persuna tgħin persuna oħra li tkun tinsab f'periklu imminenti u ċar, min jgħin tingħatalu l-immunità minn responsabbiltà ċivili u kriminali. Madankollu, il-liġi xorta mhix se tneħħi l-piż f'każ ta' negliġenza meta tingħata l-għajnuna. Wara li ntlaħaq ftehim mal-Gvern, dan l-abbozz ta' liġi tal-Oppożizzjoni se jkun diskuss fil-Parlament għada l-Erbgħa meta se jsir id-dibattitu fl-istadju tat-tieni qari f'seduta sħiħa ddedikata għal dan l-abbozz.

    L-Oppożizzjoni ddiskutiet din il-liġi ma' numru ta' organizzazzjonijiet li huma involuti direttament fl-għoti tal-ewwel għajnuna jew li xogħolhom iġibhom wiċċ imb wiċċ ma' sitwazzjonijiet ta' riskju. Matul l-aħħar xhur, il-Partit Nazzjonalista għamel konsultazzjoni b'rabta ma' dan l-abbozz li sab l-appoġġ ta' numru kbir ta' organizzazzjonijiet. Fid-diskussjoni kien spjegat li l-kunċett legali tas-Samaritan it-Tajjeb jinsab fil-liġijiet ta' numru ta' pajjiżi u, għalkemm hu ttrattat b'mod differenti f'pajjiżi differenti, f'kull każ l-interess ewlieni hu li ma jkunx hemm xkiel legali biex persuna tiddeċiedi li ssalva persuna li tkun qiegħda f'periklu ċar.

    Il-mudell propost fil-Private Member's Billimressaq mill-Oppożizzjoni jipprovdi biex jiddaħħal dan l-istess kunċett f'Malta permezz ta' tliet artikli ġodda fil-liġijiet tagħna biex tingħata protezzjoni minn prosekuzzjoni kriminali u minn danni ċivili lill-persuna li tagħti l-għajnuna tagħha lil persuna li tkun f'periklu ċar u imminenti kif ukoll li persuna li tagħti l-għajnuna tkun tista' titlob li titħallas tad-danni li tkun sofriet jekk l-inċident ikun ikkawżat minn azzjoni tal-persuna li kienet fil-periklu. 

    Għal-laqgħa tal-lum attendew uffiċjali tas-St John's Ambulance, tal-Malta Red Cross, tal-Malta Resuscitation Council, tal-Malta Union of Midwives and Nurses, tal-Malta Union of Teachers, General Workers Union, tal-Union Ħaddiema Maqgħudin u tal-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers.  

    Min-naħa tal-Oppożizzjoni, apparti Claudio Grech, kien hemm preżenti wkoll il-Kelliema tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg, Therese Comodini Cachia, Hermann Schiavone u Stephen Spiteri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0