Fil-Qrendi inħolqot kwistjoni marbuta mal-istatwa ta’ San Filippu Neri. Dan minħabba l-fatt li kienet ix-xewqa tal-konfraternità tal-Madonna ta’ Lourdes li l-istatwa toħroġ f’puriċissjoni mal-Madonna ta’ Lourdes fil-festa tagħha. Jidher li l-kappilla kien ta l-approvazzjoni imma imbagħad il-Kurja dawret id-deċiżjoni u ma’ aċċettatx li din tinħareġ. Din id-deċiżjoni qajmet rabja fost il-partitarji tal-festa ta’ Lourdes li ma jistgħux jifhmu kif l-awtoritajiet ekkleżjastiċi waslu għal din id-deċiżjoni. Huma qed jistaqsu jekk il-Kurja hix timxi ma’ kulħadd l-istess.
Il-Konfraternità Lourdes f’kummenti qalet b’mod ċar li “wara li saret talba sabiex l-istatwa ta’ San Filippu Neri toħroġ proċessjonalment mal-Madonna ta` Lourdes f`nhar il-festa u ngħata permess mill-Kappillan, il-Kurja u l-Kappillan reġgħu lura d-deċiżjoni u għalhekk il-Konfraternità ma ngħatatx permess. Hija verament deċiżjoni inġusta speċjalment meta tara li f’parroċċi ohra permessi simili ħargu mingħajr problemi. Bħala Konfraternità saqsejna għalfejn dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet jittieħdu fir-rigward tal-Konfraternità tagħna pero sa` llum bqajna mingħajr risposta. Bħala Konfraternità se inkomplu naħdmu, ser nieħdu ħsieb l-istatwa u l-pedestall ta’ San Filippu Neri li jinsabu f’kundizjoni ħażina ħafna. Nafu li dan mhux atteġġjament ġust speċjalment meta qegħdin niċċelebraw żewġ anniversarji importanti u nisperaw li l-awtoritajiet qegħdin ikunu ġusti ma` kullħadd.”
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.