Se jingħata kura psikjatrika wara li allegatament ħebb għall-pulizija

  • Lul 03, 2018 18:32
  • Miktub minn iNews
"

     

    Raġel ta’ 55 sena se jingħata l-kura psikjatrika wara li tressaq fil-Qorti mixli li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija. 

    Mark Privitera kien mixli bi vjolenza fuq uffiċjali pubbliċi, li nsulentahom, darab ħafif żewġ pulizija, li kiser il-paċi pubblika, m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, li hedded u ta fastidju lill-ġirien, kellu arma tan-nar bla permess u li wettaq ħsara fuq proprjetà.

    Id-Difiża qalet li meta marru l-Pulizija għand l-imputat, huwa talab biex jara l-mandat u l-karti tal-identità tal-pulizija għax ma kienx qed jemminhom li kienu pulizija. Spjegat li l-imputat għandu evidenza li se juri f’każ ieħor u beża’ li tista’ tinsteraqlu.

    L-Avukat Difensur Dr Jason Grima ikkontesta l-validità tal-arrest, fejn argumenta li l-pulizija teħtieġ li jkollha mandat biex tfittex fi proprjetà ta’ xi ħadd. 

    Min-naħa tagħha, l-Prosekuzzjoni qalet li l-pulizija kulma riedu kien li jkellmuh biss. Spjegat li l-każ beda meta żewġ persuni rrapportawh fuq fastidju kontinwu li kien ilu għaddej diversi xhur. Allegaw li meta l-pulizija marru d-dar tiegħu biex ikellmuh, l-imputat attakkahom. 

    L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €8,000 u tpoġġa taħt ordni ta’ trattament psikjatriku. 

    Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Robert Vella, Elliott Magro u Wayne Camilleri.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0