Tqum mill-“mewt” f’kamra mortwarja

  • Lul 03, 2018 13:34
  • Miktub minn iNews

    Mara Sud Afrikana qiegħda tirkupra fl-isptar wara li nstabet ħajja fil-friża f’kamra mortwarja. Hija kienet ittieħdet lejn il-kamra mortwarja fil-provinċja ta’ Gauteng wara li kienet ġiet iddikjarata mejta minn paramediċi meta kienet involuta f’aċċident tat-traffiku.

    Kumpanija privata tal-ambulanzi Distress Alert qalet li l-mara ma kienet qiegħda turi “l-ebda sinjal ta’ ħajja”, skont ma rrapportat is-sit elettroniku tal-ġurnal “South Africa’s TimeLive”.

    Ir-rapport kompla jgħid li meta ħaddiem fil-kamra mortwarja rritorna biex jiċċekkja dwar il-ġisem li kellu fil-friża, sab li l-mara kienet qiegħda tieħu nifs bil-mod. Uffiċjal ikkonferma mal-BBC li l-mara issa tinsab taħt kura fl-isptar wara li ġiet referuta minn uffiċjali forensiċi. L-identità tal-mara ma ġietx żvelata.

    Immedjatament wara ġiet ordnata investigazzjoni dwar dan il-każ iżda l-maniġer tal-kumpanija tal-ambulanzi Distress Alert, Gerrit Bradnick, qal li ma hemm l-ebda prova ta’ xi negliġenza mill-istaff tagħhom li kienu fuq l-aċċident tat-traffiku u li fih kienet involut l-mara. Huwa kompla li f’dak l-aċċident kien hemm tnejn oħra li mietu.

    Din mhix l-ewwel darba din is-sena li xi ħadd qam f’kamra mortwarja wara li kien ġie ddikjarat mejjet. F’Jannar li għadda, priġunier f’ħabs fir-reġjun Spanjol ta’ Asturia, reġa’ ġie f’sensih sigħat biss qabel ma kellha ssir awtopsja wara li tliet tobba kienu ċċertifikawh mejjet.

    U lanqas ma kien l-ewwel każ fl-Afrika t’Isfel, għax seba’ snin ilu, raġel ta’ 50 sena qam iwerżaq f’kamra mortwarja f’Eastern Cape filwaqt li fl-2016, vittma ieħor ta’ aċċident tat-traffiku fi KwaZulu Natal kien ġie ddikjarat mejjet mentri l-għada filgħodu nstab li kien qiegħed jieħu n-nifs. Madankollu dan fil-fatt verament miet ħames sigħat wara.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook