Sergio Ramos mhux se jirtira mix-xena internazzjonali

  • Lul 03, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews

    Sergio Ramos wiegħed li mhux ser jirtira mil-football internazzjonali minkejja l-eliminazzjoni ta’ Spanja mit-Tazza tad-Dinja u insista li ser jilgħab fl-edizzjoni ta’ erba’ snin oħra li se ssir fil-Qatar.

    Id-difensur ta’ Real Madrid, li kien membru ewlieni tat-team Spanjol li rebaħ it-Tazza tad-dinja 2010 flimkien mal-Kampjonati Ewropej fil-2008 u l-2012, insista li ser imexxi lid-difiża erba’ snin oħra minkejja li jkollu 36 sena.  

    Ramos iddebutta mat-team nazzjonali Spanjol fl-10 ta’ Ottubru, 2005, fir-rebħa ta’ San Marino bl-iskor ta’ 6-0, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2006. Minn dak in-nhar huwa lagħab 156 partita.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook