OKEX ġejja Malta sal-aħħar tas-sena

  • Lul 03, 2018 10:16
  • Miktub minn iNews
"

    L-ikbar operatur ta' skambjament ta' assi diġitali fid-dinja ħabbar li sal-aħħar tas-sena se jkun qed jiftaħ uffiċċju f'Malta u jħaddem anke Maltin.

    F'April li għadda OKEx kienet diġa esprimiet l-intenzjoni tagħha li tiġi topera minn pajjiżna imma iddeċidiet li tgħaġġel dan il-proċess wara li l-Parlament Malti approva tliet liġijiet relatati mal-industrija tal-'blockchain' u l-cryptocurrency.

    Fuq il-mezzi soċjali kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din l-aħbar.

    Imwaqqfa fl-2014 f'Hong Kong minn Star Xu, il-kumpanija għandha miljuni ta' klijenti minn madwar 100 pajjiż u fil-preżent tħaddem madwar 500 persuna.

    Kien waqt iż-żjara f'Malta f'April li żewġ uffiċjali għolja tal-kumpanija, iċ-Chief Risk Officer Tim Byun u l-Viċi President tal-Business Development Jason Lau, baqgħu impressjonati kemm bil-viżjoni tal-Gvern li jagħmel lil Malta “Il-Gżira tal-Blockchain” u l-liġijiet proposti kif ukoll bil-qasam regolatorju.

    Kien għalhekk li l-kumpanija ħatret lil Jovan Gavrilovic bħala l-General Manager għal Malta u bdiet it-tfittxija għal nies f'diversi oqsma – fosthom legali, finanzjarju u fit-teknoloġija tal-informatika – biex jaħdmu miegħu.

    Byun kien kwotat jgħid li t-tliet liġijiet approvati mill-Parlament Malti joħolqu fondazzjoni soda għall-industrija tal-'blockchain' u jipprovdu qasam regolatorju bilanċjat li jagħmilha iktar faċli għas-settur li jimraħ.

    Fis-seduta li fiha kienu approvati t-tliet liġijiet imsemmija, Schembri kien semma kif dawn se jwasslu biex Malta se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed iressaq liġijiet li jirregolaw din l-industrija ġdida.

    Huwa qal li pajjiżna influwenza oħrajn li qabel kienu qed jitkellmu kif jistgħu joħonqu din l-industrija u issa bidlu t-triq għal waħda fejn se jirregolawha.

    Schembri kien kwotat jgħid li meta barra minn Malta tissemma l-'blockchain' jirreferu għal pajjiżna tant li statistika riċenti ikklassifikat lil pajjiżna bħala l-ewwel u l-aqwa fejn il-kumpaniji jistgħu jistabilixxu lilhom infushom.

    Waqt li qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdiedu l-kumpaniji li jiftħu f'Malta, Schembri kien ħabbar ukoll li Stephen McCarthy se jkun l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Innovazzjoni Diġitali.

    Tant kemm Malta hija minn ta' quddiem f'din l-industrija li saħansitra hija ikklassifikata qabel il-Ġermanja u l-Iżvizzera fejn tidħol regolamentazzjoni tal-'cryptocurrency'.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0