Aġġornat:Aktar dwar il-miljunarja li għebet

  • Lul 27, 2012 20:17
  • Miktub minn Melvin Farrugia

    Wara li fl-aħħar jiem ġie rrapportat li x-xebba miljunarja Carole Waugh għebet ftit jiem qabel ma din kellha tiġi taħdem f’Malta, ilbieraħ Scotland Yard żvelat li kien hemm raġel li kien qed jagħmilha ta’ ħu din ix-xebba u pprova jbigħ l-appartament tagħha li jiswa madwar tliet kwarti ta’ miljun ewro.

    Il-Pulizija Ingliża qalet li dan ir-raġel, li għadu mhux identifikat, kien iltaqa’ ma’ numru ta’ persuni fid-dar ta’ Waugh f’Marylebone f’Londra u anke f’postijiet oħrajn sal-aħħar ta’ Ġunju f’tentattiv biex jaqla’ l-flus.

    Din in-negozjanta sinjura, ilha ma tidher sa mill-bidu ta’ Mejju u l-Pulizija qegħdin jibżgħu li setgħet ġiet maħtufa. Il-Pulizija informaw li minn meta għebet il-mara kien hemm minn tal-inqas tliet nisa li pprovaw jużaw l-identità tagħha u anke raġel li pprova jgħaddi b’ħuha Chris.

    Il-familja ta’ Waugh kienu rrapportaw li l-mara kienet nieqsa f’Mejju, iżda l-Pulizija kienu qalulhom li ma kienu sabu xejn. Scotland Yard ġiet involuta l-ġimgħa l-oħra wara li kien hemm min ipprova jiġbed mijiet ta’ eluf ta’ liri mill-kontijiet bankarji tal-mara.

    Intant, ilbieraħ il-Pulizija arrestat żewġ nisa li għandhom 58 u 60 sena, b’suspett li ħadu sehem fi frodi kontra din il-mara. Barra minn hekk, Rakesh Bhayani ta’ 40 sena minn Wembley ilbieraħ ittella’ l-qorti akkużat li fi tliet okkażjonijiet ħa sehem fi frodi fil-konfront ta’ Waugh b’somma li tammonta għal £280,000.

    27-07-2012 20.16

    Il-mara miljunarja Carole Waugh, li għebet ftit jiem qabel ma kellha tiġi taħdem hawn Malta, jidher li jista’ jkun li kienet qiegħda tgħix ħajja doppja u setgħet kienet imdaħħla f’ċirku ta’ prostituzzjoni. Dan ġie żvelat minn rapport fuq The Daily Mail fejn intqali li l-Pulizija qiegħda tinvestiga l-possibilità li Waugh kienet qiegħda taħdem bħala prostituta.

    Fl-aħħar jiem, il-Pulizija llokalizzat tliet nisa li pprovaw jagħmluha ta’ Waugh u ġibdu flus mill-kont tagħha permezz tal-karti tal-kreditu.

    Barra minn hekk, kien hemm ukoll raġel li pprova jagħmilha ta’ ħuha biex jipprova jbigħ l-appartament lussuż tagħha.

    John McFarlane, li hu l-kap spettur tal-Iskwadra tal-Omiċidji llum qal li kien qed jinvestiga l-possibilità li Waugh stegħet kienet qiegħda taħdem bħala prostituta. Qal li huma jafu li l-mara ltaqgħet ma’ diversi rġiel minn siti differenti fuq l-Internet, fosthom anke wħud li jlaqqgħu l-koppji. Hu kkonferma li l-prostituzzjoni hi linja li qegħdin isegwu wkoll fl-investigazzjonijiet tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0