HSBC Malta l-ewwel organizzazzjoni li tirċievi l-Premju John Harper

  • Lul 02, 2018 20:01
  • Miktub minn iNews

    HSBC Malta Foundation saret l-ewwel sostenitur korporattiv tal-Junior Achievement Young Enterprise (JAYE) Malta Foundation li kienet ippremjata bil-John Harper Award għall-kontribut eċċellenti li tat għat-tkabbir u s-suċċess propju ta’ din l-istituzzjoni mingħajr skop ta' qligħ.

    Il-premju ngħata lil HSBC Malta Foundation waqt il-programm finali annwali ta’ JAYE Malta tal-2018. Din is-sena, JAYE Malta qiegħdatimmarka t-30 anniversarju minn meta bdiet f'Malta.

    "Nistgħu ngħidu li l-HSBC ilu sostenitur qawwi tagħna sa mill-1999, li għenna nikbru billi pprovda lill-istudenti tagħna b'internships, konsulenti, għalliema għall-programmi primarji u sekondarji, kif ukoll ġudikanti biex insaħħu l-panels Maltin u internazzjonali tagħna. Dejjem u f’kull ħin kienu hemm għalina. Tant hu hekk li llum wieħed bilkemm jista' jaħseb fuq JAYE Malta mingħajr ma, fl-istess waqt, jiftakar fl-HSBC," qal iċ-ċermen ta' JAYE Malta,Karl Briffa.

    Il-Premju John Harper, imsemmi għall-fundatur ta' Young Enterprise f’Malta, hu l-uniku wieħed li jingħata skont id-diskrezzjoni tal-presidenza tal-organizzazzjoni.

    F'isem l-HSBC, il-Kap tar-Retail Banking and Wealth Management Daniel Robinson, li rċieva l-għotja, qal: "konna pjuttost sorpriżi b'dan ir-rikonoxximent sabiħ għall-HSBC u ninsabu kburin ħafna b’dan il-premju. Dan hu rikonoxximent għall-impenn kollu tal-kollegi tagħna, madwar il-bank, sa mill-1999. Kburin ferm b’din l-isħubija għaliex nemmnu fil-miri ta’ JAYE u hu evidenti li kull minn JAYE jħossu l-istess. Ħerqana li nkomplu b’din l-isħubija. "

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0