Il-faqar u l-inklużjoni soċjali diskussi waqt l-MCESD

  • Lul 02, 2018 19:00
  • Miktub minn iNews

    Il-faqar u l-inklużjoni soċjali, u l-impatt dirett li għandha s-saħħa mentali f’dawn is-sitwazzjonijiet kienu diskussi waqt laqgħa tal-MCESD. L-imsieħba soċjali ngħataw preżentazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, wara li l-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili, fi ħdan l-MCESD, iffoka fuq dan l-aspett u ra li kien hemm bżonn li titqajjem kuxjenza fost ir-rappreżentanti tal-imsieħa soċjali kollha.

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Helena Dalli, qalet li għandha ssir distinzjoni bejn il-faqar relattiv u assolut. Hija saħqet li hemm rabta ċara bejn kundizzjonijiet tas-saħħa mentali u l-faqar u li minħabba l-istigma li għad hawn dwar is-suġġett dawn il-problemi għadhom jinħbew. Il-Minstru Dalli qalet li bħall-politiċi, li jiltaqgħu man-nies b’mod kontinwu, is-sħab soċjali għandhom ikunu konxji ta’ dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet u jgħinu biex titqajjem iktar kuxjenza fis-soċjetà.

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Fondi Ewropej Aaron Farrugia, qal li lil hinn mill-figuri, numri u statistika, li lkoll juru riżultati pożittivi tal-ħidma tal-Gvern preżenti fejn tidħol faqar u esklużjoni soċjali, il-politika nazzjonali ppjanata sal-2024 tagħti serħan il-moħħ li għandna pjan fit-tul, ċar, costed, u li qed jitwettaq.

    Farrugia qal li anke jekk Malta tinsab f’pożizzjoni ta’ faqar aħjar meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni Ewropea, l-investiment primarju tal-pajjiż għandu jkun fit-tfal, biex irrispettivament mill-isfond ekonomiku u soċjali tagħhom, ikollhom bidu ċert u jkunu jistgħu jirnexxu u jiltaqgħu ma’ opportunitajiet li jibnulhom futur aħjar.

    Is-Segretarju Parlamentari għalaq billi saħaq li flimkien maċ-Ċermen tan-National Development and Social Fund u ċ-Ċermen tal-Malta Development Bank se jesplora mod kif ikun hemm żieda ta’ Fondi Ewropej f’investiment f’nies vulnerabbli.

    Il-preżentazzjonijiet ingħataw minn Dr Marisa Scerri, mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia, u Fr Ivan Attard.

     

    (Ritratti – DOI – Jason Borg & MEAE)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0