Serata moderna f’ġieħ l-eroj Żwieten

  • Lul 02, 2018 18:13
  • Miktub minn iNews

    L-għaqda volontarja Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun se tkun qiegħda torganizza serata mużiko-letterarja fl-okkażjoni ta’ Jum l-Eroj Żwieten nhar il-Ħamis, 5 ta’ Lulju mis-7.30 p.m. ‘il quddiem fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor), Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

    Din is-serata se tkun qiegħda żżewwaq dak tradizzjonali mal-modern biex tfakkar lil diversi eroj Żwieten u tilħaq il-gosti ta’ kulħadd. Attività li se jkollha l-parteċipazzjoni ta’ bosta kantanti lokali, diversi skejjel taż-żfin, letteratura, logħob, grupp milI-Italja li se jkun qed jagħti spettaklu ta’ żfin u mużika Taljana, reċti, għana minn Żeppi Spagnol (il-Kelba), Anġlu Theuma (il-Kina), u Mikiel Cumbo (l-Iżgej) flimkien mal-kitarristi u ħafna oħrajn.

    Barra minn hekk, waqt is-serata se tkun qiegħda tittella’ kompetizzjoni tal-inbid għall-għassara fi tliet kategoriji: inbid abjad, aħmar, u rosè. Kull reġistrazzjoni għall-kompetizzjoni tal-inbid hi bla ħlas u l-ewwel tlieta minn kull kategorija jingħataw trofew. L-inbid irid jasal sal-Erbgħa, 4 ta’ Lulju fl-istess Ġnien fejn se tittella’ s-serata.

    Membri mill-għaqda ŻOEY se jkunu qegħdin ifakkru u jagħtu ġieħ lil diversi personalitajiet Żwieten li kienu ta’ importanza kbira għal din il-lokalità, fosthom fl-aħħar ħbit mit-Torok tas-6 ta’ Luju, 1614. F’dan il-jum ta’ aktar minn 400 sena ilu kienet dehret flotta Torka  fuq ix-xefaq tax-Xlokk ta’ Malta u rnexxilhom jinżlu fil-Bajja ta’ San Tumas. Huma għamlu ħerba fl-inħawi ta’ Bulebel fiż-Żejtun. Iż-Żwieten,bl-għajnuna tal-Kavallieri u ta’ Klement Tabone rnexxielhom jirbħu lit-Torok. Dan wassal biex it-Torok ma jissugrawx jerġgħu jersqu lejn Malta.

    Waqt din l-attività dawn il-personaġġi se jkunu qegħdin iqajmu interess kbir fost il-pubbliku preżenti.

    Is-serata hi miftuħa għall-familja kollha u d-dħul hu bla ħlas. Waqt din is-serata se jkun hemm diversi siġġijiet biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi din is-serata mill-isbaħ.

    Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat imejl fuq chircop.sean@gmail.com.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook