Il-pjan nazzjonali għall-eliminazzjoni tal-Epatite Ċ, li qiegħed isir f’pajjiżna, ġie diskuss fit-tul waqt laqgħa tal-pajjiżi ż-żgħar fl-Ewropa, organizzata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).
F’din il-laqgħa, li din is-sena saret f’Reykjavik l-Iżlanda, l-istati membri ddiskutew id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u anke innovazzjonijiet ġodda li qegħdin isiru fil-pajjiżi stati żgħar tal-Ewropa. Fil-laqgħa ta’ din is-sena ġiet milqugħa b’sodisfazzjon l-miżura li ħa l-Ministeru għas-Saħħa għall-eliminazzjoni tal-Epatite Ċ f’pajjiżna.
Fl-aħħar ġimgħat, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ħabbar kif Malta se tkun eliminat l-Epatite Ċ sas-sena 2025. Dan se jsir fost l-oħrajn billi jingħata trattament speċjalizzat lil min illum diġà nafu li għandu problemi ta’ saħħa relatati mal-Epatite Ċ.
It-trattamenti ġodda għall-Epatite Ċ, li jfejqu kompletament din l-infezzjoni, jiswew eluf ta’ ewro għal kull ċiklu. Għal dan il-għan, il-Ministeru nnegozja ftehim mal-kumpaniji tal-mediċini li permezz tiegħu se jkun qiegħed iħallas biss tal-pazjenti li jirnexxielhom ifiqu minn din l-infezzjoni.
Fil-preżent, numru ta’ pazjenti diġà bdew jingħataw it-trattament, b’aktar pazjenti se jkunu qegħdin jibdew it-trattament fil-ġimgħat li ġejjin.
Hu stmat li l-Gvern Malti se jkun qed jonfoq madwar €5 miljun għat-trattament tal-Epatite Ċ, infezzjoni li f’pajjiżna tolqot madwar 1,000 persuna.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.