Tredda it-trabi ta’ nisa oħra… lanqas tiftakar kemm għenet trabi

  • Lul 01, 2018 20:40
  • Miktub minn iNews

    Ilni għal dawn l-aħħar snin b’diskussjonijiet u argumenti dwar in-nisa u t-treddiegħ tat-trabi tagħhom. Studji mediċi juru l-benefiċċji li hemm jekk tredda it-tarbija imma minkejja dan xorta jkun hemm għadd kbir ta’ nisa li jagħżlu li ma jagħmlux dan. 

    Fl-aħħar jiem  fuq din it-tema spikkat l-esperjenza ta’  mara ta’ tlett itfal, Samantha Gadsden.  Din il-mara ġibdet l-ammirazzjoni ta’ ħafna għax hi mhux biss reddet lit-trabi tagħha, imma qed tagħżel li tredda trabi ta’ nisa oħra. 

    Filfatt hi tagħti ammont mill-ħin tagħha, biex tagħti ħalib naturali lil trabi ta’ nisa oħra, xi ħaġa li issa ilha tagħmilha għal diversi snin. 

    “Lanqas nista’ niftakar kemm it-tfal tiegħek għandhom aħwa bniet u subien, fejn jidħol it-treddiegħ natutrali”, sostniet Samantha riċentament.  Kollox beda b’kumbinazzjoni meta hi kienet taħdem bħala infermiera fi sptar u kien hemm tarbija li kellha bżonn tingħata l-ħalib.  Wara kien hemm ħabiba li talbitha li tredda lit-tarbija tagħha u darba oħra hi rrispondiet għal avviż  fejn xi ħadd kien qed jitlob donazzjoni ta’ ħalib naturali.   Din il-mara kellha tewmin. Il-mara kienet l-isptar u kellha bżonn tagħmel operazzjoni.  Samantha iddeċidiet li tgħin. 

    Illum Samantha taħdem  bħala persuna li tgħin nisa oħra li jkunu tqal u anke wara it-tqala. 

     Hi tgħid li “din mhix xi ħaġa professjonali. Hi xi ħaġa li jien nagħmilha bħala omm biex nagħti appoġġ. Jien din ma nagħmilhiex għall-flus.”   Ovvjament dak li tagħmel Samantha, iqajjem reazzjonijiet kontroversjali ukoll. Hemm min ma jaqbilx li jsir dan.  In-National Childbirth Trust għalkemm iddikjarat li mhux normali li jkun hawn nisa li jreddgħu trabi ta’ ommijiet oħra, qalu li jafu li informalment din hi prattika li teżisti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0