Proċeduri li jnaqqsu d-dinjita' tal-ħaddiema?… Identity Malta tiċħad kategorikament

  • Lul 01, 2018 14:05
  • Miktub minn iNews

    B’referenza għall-artiklu li deher fil-ġurnal IT-TORCA, l-Aġenzija Identity Malta tikkjarifika li l-proċeduri tagħha fejn jidħlu l-permessi ta’ xogħol u residenza huma konformi mad-Direttiva 2011/98 tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti kollha marbuta ma’ dan il-proċess huma pubbliċi u l-informazzjoni hija aċċessibbli kemm għall-applikanti u kif ukoll għal min iħaddem.  

    Il-proċeduri msemmija fl-artiklu huma marbuta mal-fatt li, għal kontra ta’ ħaddiema Maltin jew ħaddiema oħra li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea, ċittadini ta’ pajjiżi terzi m’għandhomx aċċess awtomatiku għas-suq tax-xogħol Malti. Wieħed ma jistax jinsa’ li d-deċiżjonijiet dwar kull applikazzjoni għal permess ta’ xogħol u residenza tittieħed minn Identity Malta wara l-verifiki meħtieġa mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni u l-Jobsplus. 

    Sfortunatament l-artiklu jinjora  l-fatt li kwalunkwe applikazzjoni għal permess ta’ xogħol u residenza minn ċittadin ta’ pajjiż terz trid tkun approvata minn sid tal-post tax-xogħol lokali. Jekk kemm-il darba pajjiżna ma jkunx obbligat li jimplimenta din il-kundizzjoni kif inhu obbligat sa issa, ikun inħoloq preċedent perikoluż li jmur kontra l-interessi tal-ħaddiema Maltin. 

    F’dak li jikkonċerna l-ħruġ ta’ single permits, Identity Malta ħadet diversi miżuri sabiex tħaffef dan il-proċess mingħajr ma tikkomprometti l-kontrolli ta’ sigurtà tagħha. Tant hu hekk li taħt ċirkostanzi normali, fejn ma jkunx hemm lok ta’ skrutinju addizzjonali minħabba raġunijiet ta’ sigurta jew il-kompetenza tal-applikant, is-single permit jinħareġ fuq medda ta’ bejn sitta u tmien ġimgħat. Dan il-perjodu huwa iqsar mil-erba’ xhur li tippermetti d-direttiva tal-UE u milli kien isir qabel. F’dak li jirrigwarda t-tiġdid tal-permessi, dawn qed isiru f’inqas minn xahar. 

    Għal kontra ta’ dak li ġie msemmi fl-artiklu, Identity Malta tagħti l-opportunità lil dawn il-ħaddiema barranin biex japplikaw għall-permess ta’ residenza meta jkunu għadhom barra mill-pajjiż. Din il-faċilità tevita sitwazzjonijiet fejn ħaddiem barrani jivvjaġġa lejn pajjiżna mingħajr ma jkun jaf jekk huwiex ser ikollu permess biex jaħdem jew le. Bil-għan li tiffaċilità aktar dan il-proċess, Identity Malta se tkun qed tniedi pjattaforma elettronika li tati l-opportunità lil min iħaddem sabiex japplika għall-permess għan-nom ta’ dawn il-ħaddiem sa kemm għadhom barra mill-pajjiż.

    L-artiklu huwa skorrett ukoll fejn għandhom x’jaqsmu applikazzjonijiet minn ħaddiema minn barra l-UE li jinsabu f’pajjiżna diġà u jixtiequ jibdlu l-impjieg tagħhom. Kif ġie spjegat f’aktar minn okkażjoni waħda lir-rapreżentanti tal-GWU, id-deċiżjoni dwar dawn il-każi tinvolvi inqas verifiki mill-proċess oriġinali. 

    F’dak li jikkonċerna s-smiegħ tal-appelli, dan ma jaqax taħt il-kompetu t’Identity Malta. Mhux talli l- proċessi ta’ Identity Malta ma jnaqqsux id-dinjità tal-ħaddiema barranin, talli l-ħaddiema tal-istess Aġenzija jatu gwida lil eluf ta’ persuni barranin sabiex ma jispiċċawx vittmi ta’ sfruttament fuq il-post tax-xogħol. Mhux talli hekk, talli f’diversi drabi Identity Malta kienet strumentali sabiex jitwaqqaf sfruttament fuq ħaddiema barranin u jittieħdu l-passi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti.  Ħasra li dan l-artiklu qed jinħareġ ftit jiem qabel mhu se jiddaħħlu bidliet ġodda li qed isiru wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. Ġurnaliżmu serju jirrikjedi li l-fatti għandhom ikun ivverifikati qabel imorru għall-pubblikazzjoni”, temmet tgħid l-istqarrija.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0