ARA: "L-Ewropa jekk trid kapaċi ssolvi l-problema tal-immigrazzjoni"

  • Lul 01, 2018 13:13
  • Miktub minn Victor Vella

     

    “Ilni 40 sena naħdem bħala fotografu f’żoni ta’ gwerra u kunflitt.  Dak li għaddejjin minnu bħalissa fejn tidħol l-immigrazzjoni, l-Unjoni Ewropea għandha l-kapaċità kollha li ssolvi l-kwistjoni.  Dan imma isir jekk huma iridu. Il-possibilità li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni qiegħda hemm, imma l-Unjoni Ewropea trid taġixxi bħala grupp wieħed.  Mhux tgħid lil Spanja biex tagħmel xi ħaġa, imbagħad tgħid lil Italja tagħmel xi ħaġa oħra u lil Malta jgħidiluha inti għamel hekk. L-Ewropa flimkien issolvi din il-problema”.

    Dan iddikjarah ma’ inewsmalta, Reza Daghati, fotografu Iranjan Franċiż li bħalissa jinsab f’Malta. Hu magħruf għal ħidma tiegħu fost it-tfal f’kampjijiet tar-refuġjati fejn permezz għallem lit-tfal jiġbdu r-ritratt u b’hekk jwassal it-tbatija tal-bniedem fiż-żoni tal-konflitt minn għajnejn it-tfal. Huwa jinsab Malta biex jinawgura wirja tar-ritratti tiegħu u biha jwassal messaġġ uman.

    Nitkellmu miegħu dwar il-proġett li wettaq f’kamp tar-refuġjati fl-Iraq u jgħidilna li “l-kunċett kien li nagħti vuċi lil dawk li m’għandhomx.  Ridt nagħti vuċi lil dawk in-nies li qed jgħixu storja u aħna ma nafux biha. L-istorja se jgħiduha dawk li qed jesperjenzawha.  It-tfal refuġjati qed ituna l-istorja tagħhom permezz tal-fotografija. Il-proġett hu bbażat fuq l-edukazzjoni. Il-kunċett hu li ndaħħlu l-edukazzjoni fil-kampijiet u b’hekk ngħinu lin-nies ma jkollhomx għalfejn jagħmlu vjaġġi perikolużi lejn l-Ewropa.  In-nies iridu jrrealizaw it-tbatija ta’ dawn in-nies. In-nies għandhom jistaqsu għaliex dawk huma refuġjati?.”

    “Il-vittmi veru tal-kunflitti huma it-tfal. It-tfal jgħixu f’kampijiet tar-refuġjati qed isofru doppjament. Dawn ma jkunux jistgħu jifhmu għaliex telqu kollox, il-ħbieb, il-belt fejn jgħixu u d-dar li kienu jgħixu fiha. Isibu li tilfu kollox.  Dawn l-inċertezzi jagħmlu ħajjet it-tfal diffiċli ħafna. Li tgħallimhom, iwassal biex iħossuhom aħjar.  Li għamilt jien, kien li tajt magna fotografika lit-tfal. Din kienet l-għodda li tajthom.  Il-fotografija hi lingwa.  Tikteb fid-dawl. Mhux kwistjoni li ttihom biss magna fotografija imma tgħallimhom jużawha. Għeditlhom li din hi l-għodda biex jgħidu l-istorja tagħhom. Ġieli rajt ritratti li ġibdu t-tfal li meta rajthom rajt li f’karriera ta’ 40 sena ma kontx ġbidt ritratt simili u kif rajthom għidt kemm nixtieq li ġbidthom jien dawk ir-ritratti” jgħidilna Reza. Il-wirja qiegħda fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook