ARA: F'inqas minn minuta kważi jittajjar 3 darbiet!

  • Ġun 29, 2018 14:14
  • Miktub minn iNews

    Nibdew biex ngħidu li huwa inaċċettabbli li tara ċerti sewwieqa li b'sewqan mhux meqjus jipperikolaw ħajjet mhux biss sewwieqa oħrajn, iżda anke ħajjet sewwieqa tal-muturi u ċiklisti li jkunu esposti ferm aktar għall-perikli li toffri t-triq. Fl-istess waqt wieħed ma jistax ma jinnotax aġir kundannabbli wkoll minn dawn tal-aħħar li b'nuqqas ta' osservanza għar-regoli tat-traffiku jpoġġu ħajjithom f'periklu b'ċans kbir li jikkaġunaw aċċident.

    Bħalma juri dan il-filmat partikolari miġbud ilbieraħ u mibgħut lil Inewsmalta. Filmat miġbud fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Mosta, biċ-ċiklist bla paċenzja ta' xejn fit-traffiku jipprova jagħmel minn kollox biex jaqbeż il-vettura ta' quddiemu, li inzertat kienet kowċ imdaqqsa tat-turisti. Tul il-filmat iċ-ċiklist jidher b'mod ċar jesponi lilu nnifsu għall-periklu, bl-aħħar manuvra tiegħu biex jaqbeż lill-kowċ tirriżulta li kważi jispiċċa jittajjar minn vettura li kienet ħierġa minn side-street u bis-sewwieq ċertament ma jkunx qed jistenna li fil-karreġġjata tiegħu se jsib ċiklist għaddej wrong-way!

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0