L-impjiegi jiżdiedu b'5.7% … skont il-Labour Force Survey it-total ta' nies jaħdmu jilħaq il-217,259

  • Ġun 28, 2018 19:42
  • Miktub minn iNews

    Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ibbażati fuq il-Labour Force Survey juri li fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena l-impjiegi żdiedu b'5.7% fuq l-istess perjodu tal-2017.

    Mill-istatistika jirriżulta li bejn Jannar u Marzu li għadda in-numru ta' nies jaħdmu kien ta' 217,259 jiġifieri nofs il-popolazzjoni li għandha aktar minn 15-il sena.

    In-numru ta' persuni bla xogħol kien ta' 9,966, li jfisser rata ta' 2.5% tal-popolazzjoni kollha, mentri dawk inattivi laħħqu l-172,092 jew 43.1%.

    Fl-istess il-persentaġġ ta' dawk qiegħda meta tittieħed konsiderazzjoni dawk li qed ifittxu xogħol u li m'għandhomx xogħol hija ta' 4.4%.

    Iċ-ċifri juri li minn kull 100 persuna li għandhom bejn 15 u 64 sena kien hemm 68 jaħdmu.

    Waqt li huwa ikkalkulat li 79.1% tal-irġiel jaħdmu, fin-nisa l-ammont huwa ta' 56.4%.

    L-ikbar persentaġġ ta' dawk li jaħdmu għandhom bejn il-25 u l-34 sena kemm fost l-irġiel kif ukoll in-nisa.

    Il-Labour Force Survey sab ukoll li n-numru ta' dawk li jaħdmu għal rashom kien ta' 14.3% ta' dawk kollha li għandhom xogħol.

    In-numru ta' impjegati b'xogħol fultajm laħħqu il-186,832 waqt li 30,427 kellhom xogħol partajm bħala dak ewlieni.

    Skont l-istess statistika, mentri dawk b'xogħol fultajm ħadmu medja ta' 41.5 siegħa fil-ġimgħa, dawk partajmers ħadmu 23.3 siegħa fil-ġimgħa.

    Mil-lat ta' paga, dik bażika – jiġifieri meta teskludi l-overtajm, il-bonuses u l-allowances – kienet ta' €18,643.

    L-iktar pagi bażiċi għoljin kienu dawk fis-setturi finanzjarji u tal-assigurazzjoni bil-pagi kienu jvarjaw minn €34,291 għall-managers u €12,922 f'dawk li għandhom impjieg elementari.

    Mil-lat ta' livell ta' edukazzjoni l-istħarriġ sab li 20.4% għandhom livell għoli, 26.4% għandhom livell medju u 53.2% livell baxx.

    Fost dawk bla xogħol, 74.3% kien ilhom ifittxu xogħol għal inqas minn 12-il xahar waqt li r-raġuni ewlenija għall-inattivita kienet dovuta għall-irtirar, jew irtirar kmeine, fejn 43.9% attribew l-inattivita tagħhom għall-imsemmijin raġunijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0