ARA: Membru tal-ekwipaġġ tal-MV Lifeline jagħmel ġest oxxen hekk kif il-bastiment trakka mal-port tal-Isla

  • Ġun 28, 2018 15:46
  • Miktub minn iNews

    Kienu bosta r-reazzjonijiet fir-rigward ta' filmat ippubblikat mill-midja internazzjonali wara li membru tal-ekwipaġġ tal-MV Lifeline deher jagħmel ġest oxxen hekk kif il-bastiment ilbieraħ kien qed jittrakka fil-port tal-Isla. Il-filmat ixxandar mill-aġenzija tal-aħbarijiet La Presse.

    Sadanittant permezz ta' tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li n-Norveġja se tkun qed tingħaqad mal-grupp ta’ tmien stati membri tal-Unjoni Ewropea fl-inizjattiva li ttieħdet biex jinqasmu bejniethom l-immigranti abbord l-MV Lifeline. Il-vapur ta’ salvataġġ li abbord kellu aktar minn 200 immigrant ilbieraħ daħal fil-port tal-Isla wara li tmien pajjiżi membri tal-UE – Malta, il-Belġjum Franza, l-Italja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, u l-Portugall – qablu li jieħdu inizjattiva u jaqsmu l-immigranti.

    Il-Ġermanja – wara tilwima bejn il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-Ministru għall-Intern Ġermaniż dwar il-politika tal-immigrazzjoni mħaddna mill-pajjiż qed thedded il-koalizzjoni mmexxija minn Merkel – mhijiex se tkun qed tilqa’ lil parti mill-immigranti.

    Horst Seehofer, il-Ministru għall-Intern, fi stqarrija fil-Parlamet Ġermaniż saħaq li mhuwiex se jkun qed jappoġġja tali preċedent, anke jekk il-vapur huwa operat mill-NGO Ġermaniża Mission Lifeline.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0