Maltco b’donazzjoni ta’ €50,000 lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli

  • Ġun 28, 2018 13:42
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpanija Maltco Lotteries ippreżentat donazzjoni ta’ €50,000 lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli (RGF). Dan bħala sostenn għall-ħidma mwettqa mill-Fondazzjoni biex in-nies jinżammu ‘l bogħod mill-vizzji eżaġerati tal-logħob.

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Maltco Lotteries Vasilleois Kasiotakis spjega kif il-kumpanija qed tħarreġ lill-aġenti tagħha biex jassiguraw li dawk li għandhom taħt it-18-il sena ma jilagħbux. Huwa qal li minbarra l-għotja ta’ €50,000, Maltco Lotteries diġa’ kkontribwixxiet aktar minn €8.4 miljun lill-Fond għall-Kawżi Ġusti.

    Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-RGF, is-Sur Vince Muscat, irringrazzja lil Maltco Lotteries għad-donazzjoni li taw lill-Fondazzjoni. Qal li l-għan tal-Fondazzjoni huwa li tfittex u timmaniġġja fondi mis-setturi tal-logħob, Gvern u mezzi oħrajn, biex jiġu ffinanzjati proġetti ta’ riċerka u jissaħħu miżuri preventivi fl-edukazzjoni, fejn jingħata appoġġ biex tissaħħaħ ir-responsabbilità fil-logħob.

    L-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Promozzjoni fi ħdan l-RGF, is-Sur Kayne Said spjega kif l-imsemmija donazzjoni se tgħin biex tiżviluppa aktar miżuri preventivi fl-edukazzjoni. Hawnhekk għamel referenza għall-kampanja edukattiva fost studenti tar-raba’ sena fl-iskejjel primarji dwar il-logħob responsabbli, kampanja li mistennija tkun estiża fil-livell sekondarju u post-sekondarju u fost l-oħrajn.

    Huwa tkellem ukoll dwar il-helpline 1777, li huwa l-ewwel helpline nazzjonali speċjalizzat fuq il-vizzju tal-logħob. Dan huwa freephone kif ukoll servizz anonimu fejn tingħata għajnuna professjonali għal persuni ta’ kull età.

    Is-Sur Said temm jgħid li taħt is-superviżjoni tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), il-Fondazzjoni se tkun qed taħdem biex tintroduċi l-“unified self-exclusion project” għar-remote gamblers.

    Preżenti wkoll għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri. 

    Waqt li qal li qed iħares ‘il quddiem għal iktar kollaborazzjoni mal-Maltco Lotteries, is-Segretarju Parlamentari Schembri sostna li bid-donazzjoni tagħhom lill-RGF, dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma siewja tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0