“Joħolqu effett ta’ green house b’temperatura insopportabbli”

  • Ġun 25, 2018 10:28
  • Miktub minn Maria Azzopardi

    Dermatologu Dr Lawrence Scerri iwiddeb dwar bus shelters trasparenti

    “Il-kwistjoni tal-bus shelters ilha magħna madwar 15-il sena meta ġew installati dawk ix-shelters trasparenti u kont diġà kellimt lil TOM dwar dan.”

    Hekk saħaq ma’ inewsmalta.com il-Kap tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija, Dr Lawrence Scerri, meta saqsejnih dwar x’jaħseb fuq il-kundizzjonijiet tal-bus shelters f’Malta.

    F’artiklu li huwa stess kiteb fl-2003, Scerri kien qal li l-bus shelters il-ġodda jistgħu jidhru sabiħ b’mod estetiku, pero għandhom l-ħaġa prinċipali nieqsa peress li magħmulin minn Perspex trasparenti li ma joffrux tip ta’ protezzjoni mir-raġġi tax-xemx.

    Scerri qal lil dan is-sit li ftit wara li kien għamel dan il-punt il-kumpanija kienet ikkuntattjatu biex tassigura li dawn ix-xelters tal-karozzi tal-linja, għalkemm trasparenti, għandhom livell adegwat ta' lewn li jipprojbixxi r-raġġi UV billi jagħmlu ħsara.

    “Iżda anki jekk dan kien minnu, li naturalment jista’ jiġi vverifikat minn strumenti ta' kejl speċifiċi, in-natura trasparenti tagħhom ma tiffiltrax ir-raġġi Infra Red u b’hekk toħloq effett ta’ green house b’temperatura insopportabbli konsegwenti fix-xhur tas-sajf.”

    Mistoqsi dwar x’tip ta’ soluzzjonijiet jara, Scerri qal li jara biss żewġ soluzzjonijiet. L-ewwel waħda li l-bus shelters jiġu mogħttija b’tikketti opaki jew ibiddluhom għal struttura solida b’ventijiet mal-ġenb għall-ventilazzjoni.

    Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Transport Malta u qalulna li x-xelters tal-karozzi tal-linja jkunu trasparenti għal raġunijiet ta’ sigurtà. “Il-persuni li qegħdin jistennew iridu jidhru f’kull ħin. Jekk għall-argument, persuna jtiha ħass ħażin, persuni fit-triq jindunaw mill-ewwel u jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa.  It-trasparenza wkoll, tnaqqas ir-riskju li xi persuna tispiċċa vittma ta’ xi serq jew xi attakk vjolenti. Barra minn hekk, dawk li jkunu qegħdin jistennew jistgħu jaraw x’ħin tiġi, jew tkun ġejja tal-linja mingħajr ma joħorġu mix-xelter.”  

    Kif qalulna Transport Malta, fil-preżent hawn 527 bus shelter ta’ tipi differenti kif ukoll 7 bus shelter canopies, tul in-netwerk tat-trasport pubbliku. Sa ftit taż-żmien ilu, Transport Malta kellha għad-dispożizzjoni tagħha tip wieħed ta’ kenn għall-karozzi tal-linja u allura x-xelters setgħu ikunu ta’ qies wieħed biss. Għaldaqstant, l-Awtorità kienet ristretta fejn tista’ twaħħal bus shelters. Bil-kuntratt il-ġdid, Transport Malta ser ikollha għad-dispożizzjoni bus shelters ta’ qisien differenti.

    “Ix-xelters il-ġodda għandhom disinn aġġornat b’iktar miżuri għall-protezzjoni tal-passiġġieri.  Minbarra l-filtraġġ bi grad għoli tar-raġġi UV, is-saqaf mhux ser ikun trasparenti u l-pannelli tal-ħġieġ se jkollhom materjal skur apposta biex itaffi aħjar l-effetti tar-raġġi tax-xemx,” temmet tgħid Transport Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook