Tifla ta’ 4 snin kważi tmut f'pixxina pubblika … appell għal iktar first aiders f’postijiet ta’ divertiment

  • Ġun 24, 2018 10:33
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Ilbieraħ, fuq il-midja soċjali Claire Catanzaro kitbet li hi u l-ħabiba tagħha salvaw tifla ta’ 4 snin milli tgħereq. Dan il-każ seħħ ġewwa l-iSplash & Fun.

    Catanzaro kitbet li rat tifla li sabet ruħha f’diffikultajiet u l-qraba tagħha ppruvaw jagħtuha l-għajnuna imma kien kollu għalxejn. Hija stqarret li dak il-ħin indunat li kellha żewġ għażliet, jew li tippenikja u ma tagħmel xejn, jew li taġġixxi minnufih u bl-għajnuna tal-ħabiba tagħha first aider irnexxilhom isalvawha.

    Catanzaro kitbet “li tara ġisem bla ħajja ta’ tifla quddiem għajnejk, kienet l-agħar esperjenza li qatt rajt.”

    Għamilna kuntatt ma’ Catanzaro u qalet li “t-tifla setgħet tmut qabel ma’ l-maniġer waslet fuq il-post. Xħin waslet konna diġà għamilnielha s-CPR.”

    Filwaqt li qaltilna li dan il-messaġġ mhuwiex kontra l-istruttura imma biex tagħmel appell sabiex postijiet bħal dawn ikunu aktar attrezzati f’każijiet bħal dawn, kompliet tgħidilna li kien hemm wieħed mill-first aiders li għannaqha u rringrazzjaha ta’ li għamlet mat-tifla “għax hu ma kienx jaf x’suppost jagħmel f’każ bħal dan.”

    “Jien nixtieq li jkun hawn aktar għarfien dwar każijiet ta’ emerġenza bħal dawn. Nemmen li postijiet popolari bħal dan u ħdejn il-baħar hemm bżonn ikun hemm first aiders li jkunu kunfidenti biżżejjed biex jaġġixxu malajr għax kull minuta hija fundamentali. F’din is-sitwazzjoni nemmen ukoll li n-nies għandhom jagħtu spazju lil dawk li jkunu qed jagħtu l-għajnuna lill-persuna sabiex jagħmlu xogħlhom u mhux ma jħalluhomx jgħaddu kif ma ħallewnix ngħaddu lilna.”

    Fl-isfond ta’ dan l-inċident, għamilna kuntatt ma’ Splash & Fun u mistoqsi dwar dan l-inċident minnufih qalu li hemm numru ta’ first aiders, madwar ħamsa, li jkunu dejjem hemm. Fil-fatt, qalulna li l-ewwel first aider li mar fuq it-tifla kien ħaddiem t’hemmhekk stess. “Kollox ġara fi ftit sekondi. L-omm ħalliet lit-tifla waħidha mingħajr l-ebda oġġett li setgħet tuża biex iżżomm fil-wiċċ. Konna aħna li ħriġniha mill-ilma u tajniha l-ewwel għajnuna. It-tifla mbagħad ittieħdet l-isptar għall-osservazzjoni.”

    Dwar dan, l-omm għamlet kuntatt magħna u spjegatilna li kuntrarjament għal dak li qal il-maniġment tal-iSplash & Fun, hi kienet qiegħda mat-tifla tagħha meta seħħ dan l-inċident. Fil-fatt kienet hi stess li ppruvat tatiha l-ewwel għajnuna minnufih wara li ndunat li t-tifla kienet belgħet ftit ilma mill-pixxina. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0