Il-poplu Tork jivvota f'elezzjonijiet kruċjali għal Erdogan

  • Ġun 24, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-poplu Tork illum beda l-proċess elettorali biex jaħtar president u parlament ġdid f’elezzjonijiet li qed jitqiesu bħala ta’ theddida kbira għall-President attwali Tayyip Erdogan u l-partit tiegħu AK mindu ħadu l-poter aktar minn 15-il sena ilu.

    Aktar minn 56 miljun persuna huma eliġibbli li jitfgħu l-vot tagħhom f’180,000 kaxxa tal-voti. Il-votazzjoni se tkompli għaddejja sal-5.00 p.m. ħin lokali.

    Erdogan mexxa’l quddiem l-elezzjoni li oriġinarjament kienet mistennija li tiżvolġi f’Novembru tas-sena li ġejja. Huwa saħaq li poteri ġodda se jkunu qed jippermettulu li jiffaċċja l-problema ekonomika attwali fit-Turkija – bil-lira titlef 20% tal-valur tagħha b’paragun mad-dollaru Amerikan – u jkun jista’ jiffaċċja wkoll il-problema tar-ribelli Kurdi fix-Xlokk tal-pajjiż u l-pajjiżi ġirien l-Irq u s-Sirja.

    Muharrem Ince, il-kandidat presidenzjali rivali ta’ Erdogan, wiegħed li flimkien ma’ partiti oħrajn ireġġa’ lura tendenza favur ħakma awtoritarja li ġiet fis-seħħ taħt Erdogan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0