Il-Ministry of Sound Tour għadhom kemm ħabbru l-ewwel avveniment f’Malta għal dan is-Sajf, liema avveniment ser ikun qiegħed jipparteċipa fih id-DJ ta’ fama internazzjonali Benny Benassi. Benassi artist ikoniku u jinżel tajjeb ħafna mal-Maltin u rebaħ anke Grammy awards.
L-avveniment ser isir fil-Backyard ġdida ta’ Uno Village, is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018.
Benassi li hu mgħaruf għal diversi diski bħal hits Satisfaction, We Light Forever, Beautiful People (ft. Chris Brown) u Cinema ser ikun qiegħed idoqq diversi hits, diski favoriti u anke tracks ġodda.
Dan l-avveniment ser ikun issapportjat minn DJs lokali bħal DJ RUBY, DJ Miss Roberta, Jd Patrick, remedees, Blaze , Meister, Nexus and Dela.
Biljetti jinsabu għal bejgħ, bl-early bird batch ikun dak ta’ €15 u bil-lott normali €20. Dawk li jixtiequ jkunu fis-sezzjoni VIP jistgħu jixtru l-biljetti għal €35. Biljetti jistgħu jinxtraw minn https://www.ticketarena.co.uk/events/Ministry-of-S-12
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.