Ħruġ ta’ Sett Ġdid ta’ Muniti tal-Euro Datat 2018

  • Ġun 22, 2018 14:20
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-21 ta’ Ġunju 2018, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2018 f’verżjoni brilliant uncirculated. Is-sett jinkludi t-tmien muniti tal-euro Maltin, kif ukoll munita taż-€2 li turi t-tempji preistoriċi tal-Imnajdra. Din tal-aħħar hija t-tielet minn serje ta’ seba’ muniti ddedikati għal monumenti preistoriċi Maltin.

    Is-sett ġie mniedi uffiċjalment mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Dr Mario Vella, fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra ġewwa l-Qrendi. Matul dan l-avveniment, li sar f'kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta, il-mistednin ingħataw tour iggwidat tat-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra u ngħataw l-opportunità li jaraw esperjenza awdjoviżiva maħsuba sabiex tgħinhom jifhmu aħjar l-importanza tat-tempji Neolitiċi.

    It-Tempji tal-Imnajdra ġewwa l-Qrendi, Malta, jinsabu qrib ħafna tat-tempji ta’ Ħaġar Qim. Is-sit tal-Imnajdra jmur lura għas-snin 3,600-3,200 QK, u huwa wieħed mill-eqdem monumenti freestanding fid-dinja. Is-sit ġie skavat għall-ewwel darba fl-1840 u hu magħruf l-aktar għall-allinjamenti astronomiċi tiegħu. It-Tempji tal-Imnajdra huma ddikjarati wkoll bħala sit ta’ wirt dinji mill-UNESCO.

    Il-muniti kollha fis-sett huma ta’ kwalità brilliant uncirculated, u kienu maħduma fil-Monnaie de Paris fi Franza. In-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro u tal-munita kommemorattiva taż-€2 ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason. Is-settijiet, li l-istampar tagħhom se jkun limitat għal 15,000 sett, ser jiġu ppreżentati fi blisterpacks attraenti u llustrati. 

    Is-settijiet jistgħu jinxtraw direttament mill-e-shop tal-Malta Coin Centre (MCC), li jista’ jiġi aċċessat mis-sit elettroniku tal-Bank www.centralbankmalta.org. Is-settijiet jistgħu jinxtraw ukoll mill-MCC fil-bini prinċipali tal-Bank Ċentrali ta' Malta, fi Pjazza Kastilja ġewwa l-Belt Valletta. Is-sett ser jinbiegħ għall-prezz ta’ €26.

    Għal aktar tagħrif, il-pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill-MCC billi jibgħat email fuq mcc@centralbankmalta.org jew iċempel fuq (+356) 2550 6006/7.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0