L-Imtarfa eqreb tal-poplu permezz ta’ ktieb mimli ritratti

  • Ġun 22, 2018 11:00
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-jiem ilu, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa nieda ktieb bl-isem ta’ L-Imtarfa - Belt il-Ġmiel, mimli ritratti tal-isbaħ postijiet li tħaddan fiha il-lokalità tal-Imtarfa. Ktieb b’xejn inqas minn 146 ritratt miġbura fi 86 paġna miġbuda mill-fotografu Reuben Seychel. Apparti l-enfasi ta’ dan il-ktieb hija dwar ir-ritratti, hemm ukoll sensiela ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett miġbura minn Vicnent Zammit, konsulent tal-istorja u l-Kultura.

    L-għan ewlieni ta’ dan il-ktieb huwa sabiex iqarreb lill-poplu Malti kif ukoll lit-turisti li m’humiex midħla sew tal-Imtarfa mal-istorja u s-sbuħija li joffri dan ir-raħal ċkejken.

    F’kelmtejn tal-okkażjoni, is-Sur Vincent Zammit tenna li n-nies normalment jafu l-Imtarfa mill-bogħod peress li tinsab bi swit l-Imdina, iżda meta wieħed joqrob lejha jiskopri mhux biss wirt li ħallew l-Ingliżi, iżda wkoll wirt eqdem bħalma huma l-oqbra puniċi u l-cart ruts.

    Is-sindku tal-istess lokalità, Dr. Daniel Attard, li kien preżenti għal din it-tnedija, tenna li dan il-ktieb huwa viżjoni ħolistika tal-Kunsill Lokali sabiex l-Imtarfa ssib postha fuq il-mappa turistika lokali. Flimkien ma’ dan hemm numru ta’ proġetti oħra li l-kunsill qed jaħdem fuqhom bħalma huma r-restawr tat-torri tal-arloġġ, il-bini ta’ ċentru ta’ interpretazzjoni għat-turisti kif ukoll ir-riġenerazzjoni tal-pjazza.

    Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll l-Onor. Silvio Parnis, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, li faħħar din l-inizjattiva u tenna li permezz ta’ dan il-ktieb, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa rnexxielu jnaqqax paġna importanti fl-istorja tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook