Xelters fil-Belt Valletta biex iż-żwiemel igawdu s-sajf

  • Ġun 21, 2018 12:50
  • Miktub minn iNews

    Kummissarju tal-Annimali: pajjiżna miexi ‘l quddiem u qed ngħarfu aktar il-ħtieġa tal-annimali

    Bħalissa għaddejja b’ħidma ta’ bini ta’ xelters fil-pjazza qabel id-daħla tal-Belt Valletta. Din qed issir bi ħsieb sabiex iż-żwiemel mhux biss ikollhom tinda imma jkollhom faċiltajiet oħrajn. 

    Dwar dan il-proġett, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Emanuel Buhagiar tkellem ma’ inewsmalta.com fejn qal li bla dubju ta' xejn meta tara li fi proġett daqshekk kbir tal-Belt, fejn il-Pajjiż jaħseb ukoll biex iż-żwiemel ikollhom it-tined biex jistkennu u l-ilma provdut lilhom, dan ifisser li pajjiżna sejjer ‘il quddiem u qed dejjem tingħaraf il-ħtieġa li lill-annimali għandna niehdu ħsiebhom mill-aħjar li nistgħu.

    Buhagiar kompla jgħid li “ix-shelters dejjem hemm bżonnhom biex jistkennu taħthom iż-żwiemel għax ix-xemx hija wisq kiefra u żiemel bħall-bniedem jista’ jkollu sun stroke ukoll, għalhekk jien dejjem nisħaq li meta ma jkunx hemm tined fejn jieqaf iż-żiemel il-kuċċier għandu jiehu ħsieb jarma umbrella fuqhu bħalma jsir f'diversi pajjiżi madwar id-dinja. Il-bnedmin jafu jaħsbu għar- rashom iżda iż-żiemel irid jieqaf fejn jikkmandah sidu u għalhekk il-bniedem irid jaħseb għalih.”

    Tkellimna ukoll ma’ Moira Delia u qaltilna li nneħħu ż-żwiemel mit-toroq tagħna mhix soluzzjoni. “Qabel ma wieħed jitkellem għandu jaħseb fuq ir-riperkussjonijiet li jista’ jkun hemm. Hawn min jgħid li ż-żwiemel mhux posthom fit-toroq tagħna hekk kif issa tibda s-sħana ġmiela. Imma jekk iż-żwiemel jitneħħew mit-toroq tagħna dawn jispiċċaw imsakkrin jew maqtula u dan ifisser li jkun totalment għad-detriment tal-ħajja tagħhom.”

    Mistoqsija dwar il-proġett tat-tined taż-żwiemel fi Pjazza Tritoni, Delia qalet li dan il-proġett kien ilu mistenni u hija xi ħaġa pożittiva u bżonnjuża immens. “Jiena minn hawn nagħmel appell biex l-ebda sewwieq tal-karozza ma jiehu vantaġġ minn dawn it-tined imferxin ma’ Malta biex ipoġġu l-karozza tagħhom għad-dell. Dawn it-tined huma għaż-żwiemel u għandhom jintużaw minnhom.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0