“Grupp ta’ inkompetenti li ma jafux x’verament qed jiġri” … Marlene Mizzi tirreaġixxi għall-kummenti tad-Deputat Prim Ministru Taljan

  • Ġun 20, 2018 12:33
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNATA: Sadanittant b’reazzjoni għall-kummenti tad-Deputat Prim Ministru Luigi di Maio, il-Gvern Malti ħareġ stqarrija fejn saħaq li Malta tixtri l-enerġija mill-grid Ewropew permezz tal-interconnector bejn Malta u Sqallija, bl-enerġija tixtara b’rati kummerċjali mingħand diversi sorsi Ewropej.

    L-istqarrija tal-Gvern tikkjarifika li l-interconnector huwa suġġett għal regoli Ewropej  li jispeċifikaw il-load massima u minima u ċ-ċirkostanzi meta din tista’ titnaqqas.

    Filwaqt li l-Gvern saħaq li huwa kunfidenti li l-awtoritajiet Taljani se jkunu qed jiġbdu l-attendjoni tad-Deputat Prim Ministru Taljan dwar dan il-fatt, il-qbil dwar l-interconnector huwa suġġett ukoll għas-saltna tad-driit.

    Il-Gvern Malti temm jgħid li bl-investiment li sar fuq il-powerstations Malta mhijiex dipendenti fuq sorsi oħrajn għall-enerġija, bl-interconnector jintuża bħala parti mill-politika tal-enerġija mħaddna biex is-sors tal-enerġija tkun diversifikata.

    AKTAR QABEL: “Jidher li l-Italja eleġġiet grupp ta’ inkompetenti li ma jafux x’verament qed jiġri.” Hekk irreaġixxiet L-Ewro Parlamentari Laburista Marlene Mizzi għall-kummenti tad-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio fejn saħaq li l-Italja qed tagħti l-elettriku lil Malta, b’pajjiżna “min-naħa l-oħra jirrifjuta li jgħin fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni.”

    “Aħna nipprovdu lil Malta bl-elettriku. Hemm cable li jibda minn Ragusa u li jipprovdilha d-dawl. U mbagħad Malta irrifjutat li tgħin lill-Aquarius li kienet fiż-Żona tat-Tiftix u s-Salvataġġ (SAR) assenjata lilha,” saħaq di Maio waqt li kien qed jiġi intervistat fuq il-programm televiżiv Porta a Porta.

    F’dawn l-aħħar ġimgħat it-tensjoni diplomatika bejn Malta u l-Italja żdiedet wara li l-gvern ta’ koalizzjoni Taljan huwa tal-fehma li Malta mhix qed tagħti sehma u tieħu immigranti li jkunu salvati fuq il-baħar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0