Kanonku jisħaq li l-liġi tal-IVF se tkun qed tagħti l-faċilità li toħloq b'intenzjoni sitwazzjonijiet ta' single parents f'riskju ta' faqar

  • Ġun 20, 2018 11:31
  • Miktub minn iNews

    Skont il-Kanonku Brendan Mark Gatt, il-liġi tal-IVF li ġiet approvata lbieraħ fil-Parlament se tkun qed tagħti l-faċilità li toħloq b'intenzjoni sitwazzjonijiet ta' single parents li skont statistiċi li jkunu ppubblikati fuq bażi regolari, b'mod speċjali għal ommijiet single parents, huma l-aktar f'riskju ta' faqar.

    Il-Kanonku żied jgħid li bħala pajjiż niftaħru li neħħejna d-diskriminazzjoni fil-konfront ta' kategoriji diversi ta' persuni, madankollu “konvenjentement ninsew id-diskriminazzjoni ġdida li ħloqna bejn tarbija u oħra: waħda tiġi impjantata, l-oħra tibqa' ffriżata għal snin twal; waħda jkollha żewġ ġenituri, l-oħra jkollha wieħed; waħda tkun taf min huma l-ġenituri tagħha, l-oħra le.”

    Huwa temm jgħid li l-emendi li daħlu fis-seħħ qatt ma kienu jiffokaw dwar il-ġid tat-tfal u l-ħarsien tagħhom.

    Sadanittant ilbieraħ, wara diversi xhur f'nofs kontroversja li wasslu wkoll għal numru ta' emendi, il-liġi l-ġdida tal-IVF kienet approvata mill-Parlament permezz ta' 34 vot favur u 27 vot kontra.

    Il-liġi kienet milqugħa b'mod pożittiv minn bosta persuni li jaraw fiha tama biex ikollhom it-tfal imma b'mod negattivi minn għaqdiet favur il-ħajja li jarawha bħala theddida għall-ħajja.

    Sa nhar il-Ħadd li għadda tliet għaqdiet li jopponu l-liġi – LifeNetwork Foundation, Gift of Life u l-Unborn Child Movement – ltaqgħu mal-President tar-Repubblika u qajjmu dubju li l-liġi tista' tmur kontra l-Kostituzzjoni.

    Madankollu l-Avukat Ġenerali ta parir lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li dan ma kienx il-każ u għalhekk il-Gvern kompla miexi fit-triq tiegħu.

    L-approvazzjoni mill-istadju tat-Tielet Qari segwit dik mill-istadju tat-Tieni Qari u tal-kumitat.

    Waqt li fl-istadju tat-Tieni Qari l-membri parlamentari jiddiskutu fil-prinċipju jekk jaqblu jew le ma' liġi, f'dak tal-kumitat jiddibattu emendi li jiġu proposti minn naħa jew oħra u t-Tielet Qari jkun l-approvazzjoni tal-emendi.

    Il-liġi tal-IVF għaddiet b'36 vot favur u 29 vot kontra mill-istadju tat-Tieni Qari u b'erba' voti kontra tlieta minn dak tal-kumitat.

    B'kollox il-Parlament ħa seba' seduti fi stadju tat-Tieni Qari u tlieta f'dak tal-kumitat biex iddiskuta l-liġi biex hekk din kienet waħda mill-iktar liġijiet li ħadet seduti biex tkun diskussa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0