Il-Caritas b’żieda fil-klijenti nisa

  • Ġun 20, 2018 07:53
  • Miktub minn iNews

    Is-sena li għaddiet Caritas Malta kellha l-ogħla rata ta’ nisa li rrikorrew għas-servizzi tagħha u li daħlu fi programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga waqt li l-għadd ta’ rġiel li ħabbtu l-bieb tagħhom għall-għajnuna kien bejn wieħed u ieħor fl-istess livell tas-snin l-imgħoddija.

    Stqarr dan id-Direttur ta’ Caritas Malta Leonid McKay f’kummenti li għadda lil Inewsmalta hekk kif illejla tliet nisa se jkunu fost 10 persuni, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-23 u s-60 sena, li se jiggradwaw wara li temmew b’suċċess l-imsemmi programm. 

    Preżenti għal din iċ-ċerimonja, li se tkun ippreseduta mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, se jkun hemm ukoll individwi li kienu jieħdu d-droga iżda llum m’għadhomx.

    Is-Sur McKay se jkun qed jagħmel diskors tal-okkażjoni fejn se jagħti rendikont tal-ħidma li saret fis-servizzi ta’ rijabilitazzjoni u jidentifika l-isfidi f’dan il-qasam tat-trattament u l-prevenzjoni tal-użu tad-droga.

    Fil-kummenti tiegħu, id-Direttur ta’ Caritas Malta jgħid  li fl-2017, l-ammont ta’ persuni li rrikorrew għandhom għall-għajnuna kien dak ta’ 658.

    Tenna wkoll li kien hemm aktar nies li marru jfittxu l-għajnuna tal-Caritas minħabba l-kannabis u l-kokaina filwaqt li min-naħa l-oħra, kien hemm inqas nies li rrikorrew għas-servizz tagħhom minħabba l-eroina.

    “Il-kannabis u l-kokaina huma fost l-aktar użati. Hemm ukoll żgħażagħ taħt l-età li qed jużaw is-sustanzi - realtà fejn flimkien mal-Gvern se nkunu qed nipprovdu servizz ġdid għalihom fix-xhur li ġejjin. M’aħniex naraw xejriet pożittivi. Li ma tagħmel xejn mhix soluzzjoni. Pero’ li per eżempju tagħmel il-kannabis iktar popolari, qabel ma tieħu deċiżjoni trid tieħu konsiderazzjoni tal-ħsara li tista’ tagħmel deċiżjoni bħal din,” saħaq Leonid McKay.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook