Koppja fi Florida arrestata wara li tinqabad tbigħ biljetti għall-Ġenna

  • Ġun 20, 2018 07:31
  • Miktub minn iNews

    Il-koppja Tito u Amanda Watts ftit ġranet ilu kienu arrestati fi Florida wara li biegħu mijiet ta’ “biljetti tad-deheb għall-Ġenna”.

    Il-prezz ta’ dawn il-biljetti kien ta’ $99.99 ekwivalenti għal €86.38 fejn il-bejjiegħa qalu lill-klijenti tagħhom li l-biljetti kienu tad-deheb u li bih se jkollhom post garantit fil-ġenna. “Kull ma tridu tagħmlu hu li tippreżentaw il-biljett fejn ix-xatba tal-Ġenna u tidħlu!”

    Fi stqarrija li taw lill-pulizija l-koppja Watts qalu li ma jimpurtahomx x’jgħidu l-pulizija għax il-biljetti kienu deheb mastizz u li kien Ġesù li tagħhom dawn il-biljetti. Jingħad li l-biljetti ngħatawlhom fuq in-naħa ta’ wara ta’ ħanut tal-katina KFC fejn qalilhom li jistgħu jaqilgħu l-flus minnhom biex imorru fl-ispazju.

    Fl-istqarrija Tito qal li ltaqa’ ma’ aljen bl-isem ta’ Stevie li qallu li jekk iġib il-flus mill-bejgħ ta’ dawn il-biljetti, jieħu lilu u lil martu fil-vettura spazzjali għall-pjaneta tiegħu li hija magħmula kompletament mid-drogi. Ir-raġel arrestat wasl biex jipproponi lill-pulizija biex jaħbu mikrofonu fuqu biex jaqbdu lil Ġesù fil-fatt u minflok jarrestaw lilu.

    Fid-dikjarazzjoni tagħha lill-pulizija Amanda Watts qalet li, “aħna ridna biss li nitilqu mid-dinja u mmorru fl-ispazju biex nieħdu d-drogi. Jien m’għamilt xejn. Tito biegħ il-biljetti u jien qadt biss inħares.”

    Kelliem għall-pulizija ta’ Jacksonville qal li l-biljetti kienu sempliċiment biċċa njama miżbugħa kulur id-deheb. Huwa qal li n-nies jistgħu jbigħu biljetti għall-ġenna iżda l-koppja Watts kissret il-liġi meta gidbet li l-biljetti kienu tad-deheb.

    Il-pulizija qalet li kkonfiskaw aktar minn $10,000 fi flus kontanti, drogi u ferħ ta’ aligatur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0