Il-Gvern bl-ewwel liġi li tirregola n-nutara

  • Ġun 20, 2018 07:00
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ressaq fil-Parlament l-ewwel liġi li tirregola l-professjoni tan-nutara.

    Huwa iddeskriva din il-professjoni bħala t-tieni waħda li tolqot lin-nies fil-laħam il-ħaj wara dik tat-tobba u sostna li għandha importanza straordinarja fil-ħajja tal-persuna.

    Waqt li rrimarka kif sfortunatament kellna każijiet fejn nutara ittradew il- fiduċja tal-pubbliku u spiċċaw ħallsu l-konsegwenzi dwarha, Bonnici qal li għadu jiltaqa' ma' nies li jilmentaw miegħu li taw ċekk lil xi nutar u wara diversi snin saru jafu li ma insinwawx u meta kellmu avukat ingħataw il-parir biex jerġgħu jagħmluh.

    Bonnici appella lin-nutara biex jirrispettaw il-professjoni tagħhom u semam kif il-liġi l-ġdida hija frott tad-diskussjoni li kellu mal-Kunsill Notarili mmexxi mill-President tiegħu Daniel Bugeja.

    Waqt li rrefera għall-kodiċi ta' etika għan-nutara li daħal fis-seħħ madwar xahar ilu, il-Ministru Bonnici rrimarka kif il-liġi hija mibnija fuq dak li ssuġġerew in-nutara.

    Fost oħrajn il-liġi se tagħmel lill-Kunsill Notarili entitat legali distinta, jiġifieri se jkun jista' jagħmel kawżi u fl-istess ħin ħaddieħor se jkun jista' jagħmel kawżi kontrih, waqt li nutara prospettivi jridu jgħidu ma' min se jkunu qed jagħmlu l-prattika.

    In-nutara se jingħataw il-fakulta li jirrifjutaw li jagħmlu kuntratt ħlief jekk dan ikun testment jew protest marittimu u jistgħu jieqfu temporanjament jaħdmu ta' nutara jekk jaċċettaw impjieg mal-Gvern u ma' bank kummerċjali.

    Il-liġi tgħid ukoll li nutar jitlef il-warran jekk ikun ilu nieqes minn Malta seba' snin, jekk għal seba' snin ma jippubblikax att wieħed, jekk jiġi interdett, jekk jitneħħa mill-professjoni u jekk jirriżenja.

    Il-Ministru Bonnici qal ukoll li bil-liġi l-ġdida n-nutara se jkunu obbligati li jippreżentaw għar-reviżjoni atti li saru qabel l-2012 ħalli b'hekk l-atti kollha jkunu jistgħu jiġu verifikati waqt fi 15-il jum mindu jkun sar kuntratt iridu jibgħatu nota lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0